Nhar l-Erbgħa 19 ta' Diċembru fit-8:00pm is-Soċjeta' Mużikali Peace b'kollaborazjoni mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar tellaw Wirja tal-Arti mill-isbaħ bix-xogħlijiet tal-artist Edward Azzopardi fejn essebixxa x-xogħol kollu li huwa għamel lill din is-Soċjeta' b'mod volontarju nkluż id-dissinn tal-faċċata kollosali li żżanżnet din is-sena fil-Festa 2018, l-isgraffir tad-dissinn tal-libsa tal-istatwa ta' Marija Bambina, l-Kurċifiss tal-Ġimgħa l-kbira u bosta xogħolijiet oħra mprezzabli.