Nhar is-Sibt, 4 u l-Ħadd, 5 ta’ Mejju saret Open Weekend biex dawn il-pitturi msemmija jkunu għall-wiri għall-pubbliku inġenerali. Dan il-proġett sar wara li ngħataw fondi mill-Ministeru tal-Kultura b'konġunzjoni mal-Malta Arts Fund u l-Għaqda Każini tal-Banda.
Hekk kif beda l-proċess ta’ restawr, irriżulta li l-artist ma kien ħadd ħlief il-pittur magħruf Franċiż Antoine de Favray (1706 – 1798).
Favray wasal Malta fl-1744 u baqa’ f’pajjiżna sakemm miet, ħlief għal disa' snin (1762-1771) meta kien f’Kostantinopoli.