Nhar il-Ġimgħa 6 ta' Mejju fis-7:30pm ittellat serata ta' Rokna Mużikali fejn is-Soċjeta' tagħat spazju lill-Istudenti u Mużiċisti tal-Banda Peace biex jesponu t-talenti tagħhom. Din is-serata ġiet mtellgħa fis-Sala Marija Bambina f'Palazzo Vittoria.
Dan il-kunċert kien parti minn proġett ko-finanzjat minn Aġenzija Żgħażagħ fis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ.