Illum is-Sibt 29 ta' Awwissu, ninsabu propju fiż-żmien il-Festa fejn għal ħafna minn nies huwa wieħed mill-isbaħ żminijiet tas-sena. Illum qiegħdin llkoll flimkien niċċelebraw it-tmien Sibt tal-Bambina kif ukoll l-ewwel jum tan-Novena. Il-Festa ġġib magħha ħafna mpenn, sagrifiċċji u ħidma b'mod volontarju matul is-sena kollha sabiex tinġabar l-għajnuna kollha meħtieġa biex b'hekk inkunu nistgħu ntellaw programm mill-isbaħ fiż-żminijiet tal-Festa. Sfortunatament din is-sena ser tkun Festa speċjali għaliex minnħabba l-pandemijja ser ikolna niċċaħdu minn ħafna attivitajiet li konna mdorrijin norganizzaw f'dawn il-jiem hekk sbieħ. Pero' bħalissa s-saħħa hekk tirrikjedi u għalhekk din is-sena xorta ser inkunu qiegħdin niċċelebraw żmien il-Festa pero' b'mod virtwali. Ninasabu żewġ Sibtijiet il-bogħod mill-jum tal-Festa għażiża tagħna ta' Marija Bambina, u propju f'dan is-Sibt xtaqna naqsmu magħkom il-lirika tal-aħħar diska tagħna bl-isem Żgħażugħa Jien. Diska li ħarġet apposta sabiex tiftaħ il-Festi l-kbar li kelna pjanati għal Festa ta' din is-sena 2020 dan għaliex propju f'din is-sena l-Kummissjoni Żgħażagħ qiegħda tiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tagħha.
Ħajr lill-bravissima kantanta Nicole Frendo, lil Jonathan Bondin tal-lirika u mużika, lil Gabriel Cassar tal-filmati u muntaġġ u lil Elton Zarb tal-Produzzjoni. Grazzi wkoll liż-żgħażagħ u partitarji li nngħaqdu flimkien magħna sabiex tajna bidu għal dan il-proġett.... 💙🕊️
Żagħżugħa Jien - ft. Nicole Frendo
M'hemmx għalfejn ma naslux
Wara snin ta' tant ħidmiet
Biex wasalna sal-lum
Anke b'diffikultajiet
Imma qatt fl-imrar
Dawk li bnewha ma ċedew
Huma fin-Naxxar
Storja mużikali bdew
REF: Żagħżugħa jien
F'moħħi friski l-ideali
Żagħżugħa jien
Din qalbi; immortali
Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'
Qatt mitmum
Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun
Tfal, nies ta' kull età
F'dil-familja imseħbin
Ġew, il-messaġġ mexxew
Mal-konfini Naxxarin
Ħeġġa ġdida ġiet
Feġġet kontra kull kurrent
Ħalluha tiżdied
Dan t'issa l-isbaħ preżent
REF: Żagħżugħa jien
F'moħħi friski l-ideali
Żagħżugħa jien
Din qalbi; immortali
Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'
Qatt mitmum
Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun
BRIDGE: L-ewwel fin-Naxxar
Jien L-ewwel fin-Naxxar
Posti hu fil-qlub tal-kbar u ż-żgħar
REF: Żagħżugħa jien
F'moħħi friski l-ideali
Żagħżugħa jien
Din qalbi; immortali
Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'
Qatt mitmum
Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun
#żagħżugħaJien #uniċiFBeltna #familjaMagħquda#lEwwelBandaNaxxarijja #SoċjetaĦajja #SoċjetaŻgħażugħa
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 31 ta’ Awwissu 2020