Nhar it-Tnejn 28 ta' Awwissu, fil-Kolleġġjata ta' Marija Bambina - Parroċċa tan-Naxxar saret ċerimonja fejn Dun Mark Spiteri ingħata l-pussess bħala Kanonku Effettiv kif ukoll saret l-investitura tal-Kan. Marc Andrè Camilleri bħala Kanonku Onorarju.
Il-President tas-Soċjetà Mużikali Peace Edward Azzopardi flimkien mal-President tal-Banda Vittorja Dr. Michael Farrugia kienu x-xhieda ta' dawn il-ħatriet.
Awguri!
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 29 ta’ Awwissu 2023