Festa 2011 - Kelmtejn mill-webmaster

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Festa ohra regghet waslet u l-pika ta' kull sena qeghda tibqa tizdied u pika zzejda sfortunatament mhux dejjem taghmel tajjeb ghar-rahal taghna tan-Naxxar ghax iggib firda u mibgheda. Il-Kumitat Centrali tas-Socjeta' taghna avicinani u talabni biex nwasslilkom dawn il-kelmtejn sabiex kull Naxxari ikun matur bizzejjed biex ma jaqax ghall-ebda tip ta provokazzji. Sfortunatament dawn l-ahhar jiem intqalu certu diskorsi mhux xierqa fosthom fuq 'facebook' kemm mill-partitarji ta' l-Ghaqda Muzikali Vittorja , kif ukoll mis-Socjeta' taghna. Is-Socjeta' taghna qeghda titlob biex il-partitarji taghna jkunu maturi bizzejjed sabiex bhas- snin ta' qabel ma jaqawx ghall-ebda tip ta provokazzjoni li ssir minn individwi li ma jkollomx il-Festa taghna ghal qalbhom. Dan ghaliex jekk ma jsirx dan , inkunu qeghdin noholqu pika zzejda li kapaci tkun ta' xkiel ghall-Festa taghna.

Is-Socjeta' taghna tixtieq li f'dan ir-rahal ghaziz taghna n-Naxxar ikun hawn ghaqda kbira bejn iz-zewg partitarji taz-zewg kazini u jkunu maturi bizzejjed sabiex igawdu l-Festa 2011 flimkien minnghajr ebda tghajjir eccessiv. Il-Pika sportiva hija mportanti u sabiha fil-Festa imma bhall kull haga ohra ghandna l-limitu taghha. Is-Socjeta' taghna qeghda wkoll twissi lill-dawk l-individwi li jixtiequ d-deni lis-Socjeta'/rahal taghna biex ma jersqux lejn il-Kazin/Rahal taghna fiz-zmien il-Festa, halli b'hekk ikolna Festa ta' Paci , Ferh u Devozzjoni lejn il-Patruna taghna Marija Bambina.

Minn hawnhekk nixtieq nawgura lis-Socjeta Muzikali Peace u lill Ghaqda Muzikali Vittorja successi kbar ghall-Festa 2011 u j'Alla jkollna Festa li tpaxxi lill-ghaziza Patruna taghna Marija Bambina.

Nawgura lill kullhadd il-Festa t-Tajba,

Viva Marija Bambina u Viva r-rahal ghaziz taghna tan-Naxxar!

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 31 ta’ Awwissu 2011


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify