Illejla, s-Sindku Dr. Chris Deguara ltaqa’ mal-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar biex jiddiskutu kif il-Kunsill Lokali u l-għaqda jistgħu jikkollaboraw aħjar. Ġew diskussi numru ta’ kwistjonijiet, speċjalment dawk relatati mal-festa. Wara li ffirma l-ktieb tal-viżitaturi, s-Sindku ngħata sorpriża ħelwa b’kejk f'għeluq sninu! Minkejja li kienet il-ġurnata ta’ għeluq sninu, din kienet l-aħħar minn sensiela ta’ impennijiet favur il-lokalita’ matul il-ġurnata.
Kienet ix-xewqa tas-Sindku li jżur il-klabbs personalment, u laqgħat mal-NGOs l-oħra se jsegwu.
Filmat: Ħajr lill-Kunsill Lokali Naxxar
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 4 ta’ Awwissu 2024