IN-NAXXAR: Tifkiriet tal-Karnival

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Memorji sbieħ tal-Karnival fin-Naxxar fejn fil-passat in-Naxxar kien raħal li kkontribwixxa ħafna fil-Karnival f'pajjiżna. Memorji mill-isbaħ ta' 45 sena ilu fir-renju tal-qarnit fl-aħħar sena li s-Soċjeta' Mużikali Peace ħadet sehem fil-Karnival ta' Malta wara snin twal ta' parteċipazzjoni kemm b'karrijiet trijonfali u anke bil-banda. Destination Moon on a Donkey Copter kien karru tal-Karnival li kien inħadem mis-Soċjeta' tagħna fl-1956 fejn ġie premjat l-ewwel premju. 

IN-NAXXAR: Tifkiriet tal-Karnival

Produzzjoni tal-Kunsill Lokali Naxxar li tfakkar il-kultura passata taċ-ċelebrazzjoni tal-Karnival fin-Naxxar. Din għandha l-għan li tfakkar u fl-istess ħin tħeġġeġ lill-poplu tan-Naxxar li jerġa' jqajjem din it-tradizzjoni. Grazzi lill-kelliema f'din il-produzzjoni: Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar Ghaqda Kulturali Wirt Naxxari Paul Catania Edward Zammit Joe Galea Victor Zammit Mark Mangani Din il-produzzjoni kienet possibbli grazzi għall-finanzjament mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 16 ta’ Marzu 2025


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Marzu 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    2324252627281
    2345678
    9101112131415
    16171819202122
    23242526272829
    303112345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify