Jintemm lis-Snooker Tournament (2025 - 2026) - Finali

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar intemm it-Tournament tas-Snooker tal-Peace Band Club, kompetizzjoni li kienet għaddejja matul l-aħħar xhur u li ġabret flimkien numru ta’ plejers f’żewġ diviżjonijiet differenti. It-tournament kien ikkaratterizzat minn livell għoli ta’ logħob u spirtu sportiv fost il-parteċipanti kollha.

Riżultati tal-Ewwel Diviżjoni

  • Rebbieħ: Clinton Falzon

  • It-Tieni Post: Xavier Rizzo

  • It-Tielet Post: Richie Sheridan

Riżultati tat-Tieni Diviżjoni

  • Rebbieħ: Noel Aquilina

  • It-Tieni Post: Deemer Galea

  • It-Tielet Post: Alan McKee

L-Ogħla Break tat-Tournament

Il-premju għall-ogħla break tat-tournament intlaħaq minn Clayton Goodrum, li rreġistra break ta’ 67 punt.

Il-Peace Band Club jawgura lil kull min ħa sehem f’din il-kompetizzjoni, u b’mod speċjali lill-finalisti u r-rebbieħa għall-prestazzjonijiet eċċellenti tagħhom.

Ringrazzjament mill-qalb imur lil is-Sur Joseph Galea u is-Sur Richie Sheridan għall-organizzazzjoni ta’ dan it-tournament u għax-xogħol siewi tagħhom sabiex l-avveniment ikun suċċess.

Nirringrazzjaw ukoll lil PAMA Shopping Village, Mosta, għall-isponsorizzazzjoni ta’ dan it-tournament. Il-preżentazzjonijiet ingħataw minn is-Sur Ian Micallef, rappreżentant ta’ PAMA.

Ritratti tal-Finali

Għafas hawn sabiex tara r-ritratti kollha tal-Finali

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 13 ta’ Jannar 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify