Data tal-Attivita: It-Tlieta, 17 ta’ Frar 2026
Ejja ingħaqdu magħna għal festin mill-isbaħ tal-Karnival mimli ferħ, kuluri u divertiment għal kulħadd! Din l-attività se toffri atmosfera ferrieħa b’ħafna logħob, diski, żfin u sorpriżi speċjali għat-tfal.
Matul il-festin ser ikun hemm ukoll għażla sabiħa ta’ ikel u xorb, kif ukoll ħelu li żgur se jferraħ lit-tfal kollha.
Dettalji tal-Avveniment:
Il-postijiet huma limitati, għalhekk nirrakkomandaw li tagħmlu booking minn qabel fuq +356 7900 9694.
Titilfux din l-opportunità sabiħa biex it-tfal igawdu festa mimlija daħk, mużika u divertiment!
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 8 ta’ Frar 2026