𝗚𝗜𝗠𝗚𝗛𝗔 𝗟-𝗞𝗕𝗜𝗥𝗔 𝗡𝗔𝗫𝗫𝗔𝗥 | 2026 ♱

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Fil-purċissjoni ta’ din is-sena tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar, fejn kull sena l-Banda Peace takkumpanja b’unur u privileġġ il-vara devota, se jkun qed jintuża sett ta’ libretti ġodda, maħsuba biex ikomplu jsaħħu l-livell u l-preżentazzjoni mużikali ta’ din l-okkażjoni tant solenni.

Minn qalbna nwasslu l-awguri tagħna lill-mużiċisti kollha għall-eżekuzzjoni ta’ marċi funebri mill-isbaħ, li jagħmlu parti mill-patrimonju rikk tal-Banda Peace. Dawn il-kompożizzjonijiet, li ilhom jiġu apprezzati tul is-snin, bla dubju se jpaxxu l-widna ta’ kull min jismagħhom u jkomplu jagħtu dimensjoni aktar profonda lill-atmosfera ta’ din il-purċissjoni.

Nirringrazzjaw b’mod partikolari lill-Kummissjoni Banda tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħha fil-preparazzjoni ta’ dan il-librett, kif ukoll lil A Designs għall-istampar professjonali tiegħu.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 1 ta’ April 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify