Din is-sena l-helpers ta' din is-Socjeta', hadu hsieb li jtellaw presepju kbir fil-kantina tal-kazin. Dan il-presepju jirrikjedi hafna xoghol u sar kollhu b'modd volontarju mill-helpers u z-zghazagh ta' din is-Socjeta'. Bi pjacir kbir nixtieq nfakkarkom li dawn iz-zghazagh rebhu ghall-sentejn konsekuttivi l-ewwel post fil-kategorija tal-Presepji Mekkanici fil-kompetizzjoni Nazzjoni tal-Presepji, fejn l-ahhar presepju rebbieh kien propju fl-2010.
Ghall sena ohra l-kantina tal-kazin ser tigi transformata f'xeni mill-isbah tal-Milied, fosthom il-presepju tradizzjonali tal-Milied li din is-sena ser jerga jkun taht id-direzzjoni tas-sur Louis Bugeja.
Nixtieq nheggeg lill-kullhadd sabiex jigi u jammira dan il-presepju ferm sabih li ghall sena ohra ser jkun miftuh ghall publiku mis-17 ta' Dicembru sas 6 ta' Jannar 2013. Fost il-gimgha ikun miftuh mill-5:00pm sat-8:00 , kif ukoll fil-Hdud u l-Festi mill-10:00 sa 12:00pm u mill-5:00pm sat-8:00pm. Id-dhul huwa b'xejn.
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 28 ta’ Novembru 2012