Quddiesa Solenni fl-Okkazzjoni tal-75 Sena mill-Konsagrazzjoni tas-Soċjetà - 15 ta' Lulju

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 15 ta’ Lulju 2026

Is-Soċjetà Peace tistieden lill-pubbliku biex jingħaqad magħha nhar l-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2026, fil-Pjazza tan-Naxxar, għal Quddiesa Solenni Konċelebrata li se tfakkar il-75 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tas-Soċjetà lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u lill-Qalb Immakulata ta' Marija.

Il-Quddiesa se tkun ippreseduta minn Mons. Sandro Overend Rigillo, flimkien mal-Arċipriet Kan. Dun David Gauci u membri tal-Kleru.

Matul iċ-ċelebrazzjoni, il-Banda Peace, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Lino Pirotta, se tagħti s-sehem mużikali tagħha biex tkompli ssebbaħ din l-okkażjoni reliġjuża u storika.

Din il-kommemorazzjoni tfakkar avveniment importanti fil-ħajja tas-Soċjetà, li fl-1951 ikkonsagrat ruħha lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u lill-Qalb Immakulata ta' Marija, u li llum, 75 sena wara, tkompli ġġedded dan l-impenn ta' fidi u devozzjoni.

1951 – 2026 | 75 Sena ta' Konsagrazzjoni

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 13 ta’ Lulju 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify