Nittama li kellkom sena tajba. Ninsabu ftit gimghat il-boghod mill-Milied u minn tmiem tas-sena 2015. Kienet sena mpenjattiva hafna kemm ghas-Socjetà, ghall-Banda, kif ukoll ghall-Kumitat u Kummissjonijiet. Il-qofol ta' din is-Sena bla dubju ta' xejn kien ir-refurbishment tal-Bottegin, ic-celebrazzjonijiet f’gheluq l-20 Sena tal-Kummissjoni Zghazagh, kif ukoll kisbiet ta’ fondi ghal aktar progetti fil-qasam bandistiku.
Zgur li hafna minnkom attendejtu ghall-Kuncert mill-aqwa fit-Teatru tal-Oratorju u rajtu b’ghajnejkom il-livell gholi li lahqet il-banda taghna. Zommu ruhkom aggornati fuq il-Kuncert ta’ livell nazzjonali li ha jsir fil-Knisja tan-Naxxar f’Marzu li gej. Aktar dettalji jithabbru fil-jiem li gejjin. GRAZZI lil kull min ta l-kontribut tieghu u hadem matul din is-sena.
Nigu issa sabiex ninfurmawkom bil-programm imhejji
ghalikom ghal dawn il-granet sbieh:
Il-Hadd, 6 ta' Dicembru: |
Attivita' tal-Milied fil-Pjazza organizzata mill-Kunsill Lokali. Waqt din l-attivita', s-swali tal-Kazin ikunu miftuha ghall-pubbliku. |
Is-Sibt, 12 ta' Dicembru: |
Ikla tal-Milied organizzata mill-Kumitat fil-lukanda Pergola tal-Mellieha.
Tluq mill-Pjazza fit-7:50pm. Aktar dettalji fuq dan il-link: http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=546&cat=2
|
Il-Hadd, 13 ta' Dicembru: |
High Tea, organizzat mill-Kumitat flimkien mal-Kummissjoni Nisa fil-Kazin, fis-2:30pm. |
Il-Hamis, 17 ta' Dicembru: |
Party ghat-Tfal, organizzat mill-Kummissjoni Zghazagh, fil-5:30pm.
Aktar dettalji fuq dan il-link: http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=547&cat=2
|
It-Tlieta, 24 ta' Dicembru |
Il-Banda takkumpanja l-Purcissjoni tradizzjoni bil-Bambina mat-toroq tan-Naxxar flimkien mal-membri tal-Muzew tas-Subien, fil-5:30pm.
|
Il-Hadd, 27 ta' Dicembru |
Il-Banda Peace ddoqq Carols u Innijiet tal-Milied fid-Dar Sagra Familja tan-Naxxar fid-9:30am. |
Infakkru wkoll li minn nhar il-Hadd 6 ta' Dicembru, jibda t-tesserament tas-Socji fil-Kazin. It-tessera annwali hi ta' €10 u sservi biex jitkompla t-taghlim tal-muzika lill-aljievi b'xejn, xiri ta' strumenti u t-tkomplija tal-progetti fil-kazin.
Min din is-sena kull minn ikun membru mas-Socjeta' Muzikali Peace ha jibda jibbenefika minn skontijiet specjali minn diversi hwienet. Aktar dettalji jinghataw mat-tesserament.
Minn nhar il-Hadd 6 ta' Dicembru, u kull nhar ta' Hadd il-Kazin il-Kummissjoni Zghazagh ha tkun qed toffri laring Naxxari ghall-bejgh bi prezzijiet tajbin.
Aktar aggornamenti u nformazzjoni fuq dil-website ufficjali www.bandapeacenaxxar.com, kif ukoll fuq il-Facebook Page: Socjeta' Muzikali Peace, Naxxar.
Nirringrazjakom tal-attenzjoni u f'isem il-President u l-Kumitat nawgura lilek u l-familja tieghek Milied mill-aktar hieni u Sena gdida mimlija Paci u risq.
L-isbah Xewqat mill-President u l-Kumitat tal-Peace Band Club.
Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lil dawn l-isponsors u nheggu lilkom is-Socji biex taghmlu uzu mill-prodotti taghhom. GRAZZI.
Dejjem Taghkom,
Matthew Pullicino,
Segretarju Generali,
PEACE BAND CLUB
Naxxar