Ir-Raba' Sibt tal-Bambina - 25 sena Surmast Direttur tal-Banda Peace

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Wasal Sibt iehor u aktar kemm qieghed jghaddi zmien aktar qieghda toqrob il-Festa wisq ghaziza ghalina n-Naxxarin. Propju din is-sena s-surmast direttur tal-Banda Peace Mro. Lino Pirotta qieghed jiccelbra l-25 sena anniversarju minn mindu beda jiderigi l-Banda Peace bhala surmast direttur. Mro. Lino Pirotta, beda l-istudji Muzikali tieghu fi hdan is-Socjeta' Muzikali Peace. Huwa beda jitharreg fuq il-klarinett ma' Charles Monreal u aktar tard ma' Victor Debattista. Wara li hareg idoqq mall-Banda Peace, Lino kompla t-tahrig tieghu ma diversi surmastrijiet f' Malta, fosthom Mro. Carmelo Schembri, Mro. Joeph Magri u Mro. Freddie Mizzi. Studja l-armonija, l-kontrapunt u l-orkestrazzjoni ma Mro. Carmelo Callus u huh Mro. Manoel Pirotta. 

Huwa kiseb diversi diplomi fosthom Licenzjat tat-tghalim fil-klarinett u t-teorija. Lino Pirotta huwa wkoll Gradwat mill-'London College of Music'. Huwa attenda diversi 'Masterclasses' gewwa l-Ingilterra, u studja taht Jeffrey Wilson, Victoria Soames-Samek u muzika kontemporanja taht il-professur Roger Heaton. 

Bhala Surmast Direttur tal-banda Peace, Mro. Lino Pirotta dderiega l-Banda f'kuncerti kbar gewwa l-Egittu, l-Kanada u gewwa Sqallija (Citta del Mare) u wkoll f'diversi lokalitajiet f'Malta fosthom: It-Teatru Manuel, Palazzo Parisio, Il-Muzew tal-Konkaditral gewwa l-Mdina, l-MFCC waqt il-Kuncert 'The Stars for Charity', Sir Temi Zammit Hall gewwa l-Universita', fil-Knisja Arcipretali tan-Naxxar u hafna aktar.

Fil-poster tal-llum, nsibu bosta ritratti ta' zminijiet differenti tas-surmast Lino Pirotta, pero fir-ritratti jispikkaw dawn l-avvenimenti meta s-surmast ideriga dawn il-kuncerti: Via Crucis (Program Sagru ta' livell gholi li ttella' fil-Knisja arcipretarja tan-Naxxar, fiz-zminijiet tal-Gimgha Mqaddsa), il-kantata 'L-Ghanja tal-Paci' li hija muzika bi stil differenti minn dak li s-soltu nisimaw fil-gzejjer Maltin hu hija ta' livell internazzjoni li kienet indaqqet fit-Teatru Manuel. Insibu wkoll ritratti ta' meta l-Banda Peace giet mistiedna sabiex fil-11 ta' Novembru 1994, l-Banda marret l-Egittu fl-okkazjoni tal-125 sena mill-ftuh tal-Kanal tas-Swejz. Hija giet milqugha mill-Ambaxxatur Malti u daqqet tlett darbiet, fil-Kajr, Lixandra u Port Said. Mro. Lino Pirotta flimkien mal-Banda kienu gew apprezzati u l-Banda qalet diversi rigali ghal ezepizjoni li tghat bil-Bandisti zghazagh tal-banda Peace li l-bandisti kollha li kienu jdoqqu strument tal-qasba tharrgu taht l-istess surmast Lino Pirotta. F'inqas minn sena wara, propju fl-14 ta' Settembru 1994, l-Banda Peace taht id-direzzjoni tas-surmast Lino Pirotta f'anqas minn gimgha wara l-festa tal-parrocca, regghet halliet xtutna biex tmur il-Kanada, fejn hadet sehem fil-Festi ta' Marija Bambina gewwa Toronto. Is-sena ta' wara, u nergghu f'Settembru, il-Banda kienet mistiedna biex tmur taghti kuncerti fi Sqallija, fil-villagg ta' Balastrate u fl-Amfiteatru ta' Citta del Mare.

Aktar informazzjoni fuq l-istorja tas-surmast Lino Pirotta ser tigi ppublikata fil-Programm tal-Festa ta' din is-sena.

Minn hawnhekk nixtieq f'isem il-bandisti u l-membri tal-Kumitat Centrali, nirringrazjawk tal-hidma kontinwa u r-rispett li dejjem urejt matul dawn il-25 sena lejn is-Socjeta Muzikali Peace. Grazzi Surmast!!

Bhala Banda nhossuna ferm kburin li kienet fid-direzzjoni ta' Surmast NAXXARI ghal dawn il-25 sena!

 

25 sena taht Direzzjoni Muzikali ta' Surmast Naxxari


Nheggu lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji taghna sabiex ittellghu l-bnadar taghhom mal-arbli! VIVA MARIJA BAMBINA!

 

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 30 ta’ Lulju 2016


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify