Is-Seba' Sibt tal-Bambina - L-Attivitajiet kollha tal-Festa 2016

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum l-20 ta' Awwissu jaħbat propju s-Seba' Sibt tal-Bambina fejn illum qegħdin nippublikaw f'poster wieħed, l-attivitajiet kollha tal-Festa 2016. Il-Kumitat flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' jaħdmu ħafna id f'id matul is-sena kollha sabiex fl-aħħar mill-aħħar ikollna Festa sabiħa u l-bandisti, partitarji, membri, soċji u benefatturi ta' dan il-każin ikunu jistgħu jgawdu mill-frott tal-ħidma li ssir matul is-sena kollha.

Hawnhekk jidher biċ-ċar il-programm vast tas-Soċjeta' Mużikali Peace f'din il-Festa 2016. Kif tistaw taraw il-Programm beda mill-bieraħ is-Sibt 19 ta' Awwissu fejn iċċelebrajna l-Ewwel Anniversarju tal-OTTO Clubhouse li żgur illum il-ġurnata ma għandu bżonn l-ebda ntroduzzjoni. Propju l-bieraħ waqt il-'Party' li sar fil-bar tal-każin, indaqqet għal l-ewwel darba d-diska l-ġdida tas-Soċjeta' tagħna li ġġib l-isem ta' "Soċjeta' Peace". Diska li ninsabu ċerti li ser tintghogob minn ħafna nies. Din id-diska ġiet mtellgħa fuq il-YouTube Channel tas-Soċjeta' Mużikali Peace sabiex tkunu tistgħu tisimawa. Din id-Diska kkummissjunawa u ħadu ħsieba l-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min kien involut b'mod speċjali lis-Sur Jonathan Bondin għax xogħol u l-għajnuna li ta minn qalbu . Ikanta f'din id-diska l-bravu Glen Vella fuq kompożizzjoni ta' Mro. Joe Brown u kliem miktubin minn Jonathan Bondin.

Bħal kull Sibt inħeġġu lin-Naxxarin kollha itellaw il-bnadar fuq il-bjut tagħhom sabiex niċċelebraw Sibt ieħor tal-Bambina.

Viva tal-Ħammiema! L-Ewwel Soċjeta' u Banda Naxxarija!

Il-Banda tal-Patruna!

UPDATE (Il-Hadd 21 ta' Awwissu):

Youtube Link tad-diska Soċjeta' Peace - https://www.youtube.com/watch?v=AI0L6L7R76w

 

 

Lirika tad-Diska ġdida u ORIĠINALI tas-Soċjeta' PEACE:

Socjetà Peace
Kliem u Mużika: Jonathan Bondin
Produzzjoni: Mro. Joe Brown
Ikanta: Glen Vella


Waslu il-ġranet Dehbiena
Magħhom l-iljieli Leqqiena
Waslu il-jiem tal-Bambina
Dan l-isbaħ żmien, hu għalina

Dis-Soċjeta' miexja b’rieda
Anke jekk tant ilha mwielda
Baqgħet żgħażugħa fi ħsiebha
Żammet ‘l uliedha fi qribha

Imġedda bl-akbar enerġija
Din l-Ewwel Banda Naxxarija

REF        Soċjetà Peace, Naxxar
               F’dil-festa mil-kbar
               F’Settembru, tas-sena ix-xahar
              Aħna n-Naxxarin
              Bi ħġarna hawn qegħdin
              Biex nibqgħu f’din l-għaqda mexjin

Joqrob il-jum tal-Vittorja
Dawn huma ġranet ta’ glorja
Nwasslu il-ħidma ta’ sena
B’kuluri fl-Art u fis-Sema

Brijju maħluq minn idejna
Ferħ jista’ jidher f’għajnejna
Għax fuq l-isfidi mirbuħa
Familja kbira w magħquda

Postna prestiġjuż b’dar mogħnija
Palazz f’nofs il-pjazza Naxxarija

REF       Soċjetà Peace, Naxxar
              F’dil-festa mil-kbar
              F’Settembru, tas-sena ix-xahar
             Aħna n-Naxxarin
             Bi hġarna hawn qegħdin
             Biex nibqgħu f’din l-għaqda mexjin


Kummissjoni Żgħażagħ Peace/Soċjetà Mużikali Peace ©2016

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 24 ta’ Awwissu 2016


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify