Għalliem u Ko-ordinatur tat-Tgħalim fis-Soċjeta' Mużikali Peace

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar l-Erbgħa 18 ta' Jannar, tkompla l-proġett ambizzjuż tal-banda Peace fejn jidħol it-tgħalim tal-mużika. Il-bieraħ ġie ffirmat kuntratt ma' Emmanuel Giordimaina bħala għalliem u ko-ordinatur tat-tgħalim tal-mużika fis-Soċjeta' Mużikali Peace flimkien mas-surmast u l-assistent surmast tal-banda Peace. 

Minn hawnhekk f'isem il-membri tal-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjonijiet tas-Soċjeta', nixtieq nawgura minn qalbi kull suċċess lill-Emmanuel fejn ninsab ċert li x-xogħol u d-deddikazjoni tas-sur Giordimaina żgur ħa jservu ta' ġid lill-aljievi u bandisti tagħna fit-tgħalim tagħhom mal-banda Peace.

Aktar dettalji fuq dan il-proġett jingħataw fil-jiem li ġejjin.

 

Ritratt: Is-sur Emmanuel Giordimaina jiffirma l-Kuntratt mall-Banda Peace flimkien mal-President Dr.Martin Fenech u s-Segretarju s-sur Matthew Pullicino.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 19 ta’ Jannar 2017


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Settembru 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.