Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-100 sena f'PALAZZO VITTORIA 1917 - 2017

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Din is-sena kif forsi diga tafu s-sede tas-Socjeta', Palazzo Vittoria jaghlaq l-100 sena minn meta l-Banda Peace dahlet f'dan il-Palazz. Dan ifisser li s-Socjeta' Peace din is-sena ser taghlaq ic-Centinarju minn mindu dahlet l-ewwel darba f'din il-Propjeta' mill-isbah fil-qalbha tal-Pjazza tan-Naxxar.

Ghalhekk is-Socjeta' Muzikali Peace ma setatx ma thejjix ghal gimgha shiha ta' Festi u celebrazzjonijiet sabiex infakkru dan l-avveniment storiku fir-rahal ghaziz tan-Naxxar.

L-attivitajiet jinsabu kollha mnizzla f'dan il-poster.

L-attivitajiet jibdew nhar is-Sibt, 14 ta' Ottubru fejn isir il-Ftuh Ufficjali tac-Celebrazzjonijiet mill-Wisq Rispettabli Sindku Anne Marie Muscat Fenech Adami fis-Sala Marija Bambina u jinnghalqu nhar il-Hadd, 22 ta' Ottubru fejn ser issir Quddiesa ta' Radd il-Hajr fil-Knisja Parrokjali. Wara l-quddiesa, jibda Marc Brijjuz li jibda minn quddiem il-Kazin. Wara, attivita' socjali tal-gheluq tac-celebrazzjonijiet gewwa OTTO Clubhouse.

 

 

Feature fuq il-Programm tac-Celebrazzjonijiet tal-100 sena f'PALAZZO VITTORIA (1917 - 2017)

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 17 ta' Ottubru 2017