B'niket u dieqa kbira llum tħabbret il-mewt tas-sinjura Tanya Agius.

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

B'niket u dieqa kbira llum tħabbret il-mewt tas-sinjura Tanya Agius. Il-Kumitat u l-membri tas-Soċjeta' Mużikali Peace jibgħatu l-kondoljanzi lit-tlett ulied tal-familja Agius u lill-familjari oħra f'dan il-mument tant difficli. Is-sinjura Tanya kienet membru f'din is-Soċjeta' u kienet ukoll tattendi fl-attivitajiet tas-Soċjeta'. Il-funeral ser isir għada 11 ta' Ottubru ġewwa l-Knisja Arċipretarja tan-Naxxar fl-4:00pm.Is-sinjura Tanya Agius kienet omm Matthew, Luke u Karen Agius.

Agħtija O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem ...

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 10 ta' Ottubru 2017