Nifirħu lill-Fr.Richard (Membru Onorarju tas-Soċjeta') li leħaq Monsinjur.

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

F'dawn l-aħħar jiem, il-qassis Naxxari, Fr.Richard Borg leħaq Monsinjur. Tajjeb li nsemmu li WR. Arċ. Richard Borg, twieled fin-Naxxar u studja fl-Universita' ta' Malta fejn kiseb il-grad ta' Baċċellerat fil-Filosofija, fil-lingwa Ngliża u f'dik Taljana. Fl-1974 ġie l-liċenzjat fl-istudji Teoloġiċi. Ġie ordnat Saċerdot mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-20 ta' Lulju, 1974 u minnufih beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala Viċi Arċipriet fil-parroċċa tan-Naxxar, fejn dam ħdax il-sena. Bħala viċi arċipriet kien assistent ekkleżjastiku tal-Azzjoni Kattolika tax-Xebbiet u l-Bniet, Direttur Spritwali tal-Presideium tal-Leġjun ta' Marija tal-irġiel, u direttur tal-kor parrokkjali. Wara dan is-servizz, inħatar Kappillan f'Ħad Dingli (1985) u Arċipriet fis-Siġġiewi (1994). Fil-preżent huwa Arċipriet fil-Florjana (2002) u rappreżentant tal-Kulleġġ tal-Kappillani fil-Kunsill tal-Caritas Malta.

Fr.Richard Borg ingħata t-titlu ta' Membru Onorarju ftit tas-snin ilu meta l-Kumitat Ċentrali taħ dan il-ġieh wara l-kiteb il-lirika tal-Cantata' l-Għanja tal-Paċi li ndaqqet għall-ewwel darba mill-Banda Peace ġewwa t-Teatru Manoel fis-sena 2012.

Bħala Soċjeta', konna ferm onorati li Fr.Richard Borġ kien ħa ħsieb ukoll li kiteb il-lirika tal-Cantata', l-Għanja tal-Paċi u wkoll kiteb lirika ta' Innijiet u siltiet oħra Mużikali.

F'isem il-Kumitat u l-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' Mużikali Peace, nixtiequ minn qalbna nawguraw lill-Fr.Richard għal aktar suċċess. Ad multos annos Fr.Richard!

 

Filmat: Silta mis-Seba' Moviment tal-Cantata', l-Għanja tal-Paċi.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 27 ta’ Diċembru 2017


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify