Nawguraw lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina għal Ħarqa mill-isbaħ fit-8 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tawgura lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar li ser tkun qiegħda taħraq il-logħob tan-nar tal-ajru matul il-jum kollhu tat-8 ta' Settembru. 


8:00 u 12:00 : Ħruq ta' bombi, murtali u murtaletti.

19:00: Fil-Ħruġ tal-Purċissjoni ħruq ta' salut, kaxxa murtali u murtaletti. Fid-dħul jinħarqu bomba, murtali tal-beraq, murtaletti, beraq kulurit, murtali tal-kulur, blalen, u lampara.


Fir-ritratt jidru parti mill-grupp tal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar li taw l-għajuna tagħhom sabiex il-Patruna ser ikolla ħarqa tan-nar mill-isbaħ, kif propju jixraqila.

Il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar tifraħ lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina għat-Tielet post fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkaniżat 2018.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 8 ta’ Settembru 2018


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Jannar 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    2930311234
    567891011
    12131415161718
    19202122232425
    2627282930311
    2345678

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify