Clifford Galea f’taħriġ ġurnalistiku f’Moska fir-Russja

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Clifford Galea minn kamra tal-aħbarijiet lokali, għadu kif għamel taħriġ ġurnalistiku fl-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali SPUNTIK f’Moska fir-Russja. Dan huwa proġett b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ fejn ġurnalisti minn madwar id-dinja jiltaqgħu biex jitħarġu, jaqsmu l-esperjenzi u jiddiskutu tekniki differenti li bihom ġurnalist iwassal l-istorja kif tiġri lill-qarrejja permezz tas-siti soċjali u midja fil-pajjiżi rispettivi.

L-għan huwa li ġurnalist jgħaraf iwassal l-aħbar b’mod uman mingħajr ma jkun ‘biased’ iżda jgħid il-fatti. Fost it-taħriġ li qed jieħdu l-ġurnalisti, importanti huwa li wieħed irid jiffoka u juża kliem li jinftiehem mill-pubbliku biex ma jkunx hemm ħolqien ta’ stejjer foloz bla bżonn. Taħriġ ieħor jinvolvi dak li jissejjaħ ‘ġurnaliżmu fotografiku’ fejn permezz ta’ ritratt twassal aħbar mingħajr anke l-bżonn ta’ kliem. Teknika li timxi sew fuq il-midja soċjali minħabba l-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu. Enfassizat ukoll li fil-ġabra ta’ aħbarijiet għandu jkun hemm punti li jolqtu u jinteressaw lil kulhadd fosthom stejjer li kapaċi jferrħu u mhux inxandru biss negattivita’. Attenzjoni wkoll ingħatat lit-tfal fejn kultant għandu jkun hemm aħbar li tolqot lit-tfal ħalli dawn minn ċkunithom jidraw izommu ruħhom aġġornati dwar x’inhu jiġri mhux biss lokalment imma madwar id-dinja. F’dan il-kors li għaddej bhalissa hemm madwar 40 ġurnalist minn madwar id-dinja fosthom mill-Italja, Mongolia, Uganda, Ċina, Maċedonja, Russja, Israel, Marokk, Greċja, Pakistan, Afghanistan, Indonezja, Nepal, Eġittu, Korea, l-Indja, kif ukoll Malta.

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018