Illum il-Hadd 10 ta' Marzu, waqt Seduta Ġenerali, fis-sala Marija Bambina, s-sur Edward Azzopardi ġie maħtur President tas-Soċjeta' Mużikali Peace. Tul dawn l-aħħar snin, is-sur Edward Azzopardi kien jifforma parti mill-Kumitat Ċentrali, riċentament bħala Viċi President.
Is-sur Azzopardi għandu 39 sena, studja fl-Universita' ta' Malta u huwa gradwat BEd(Hons) Design & Technology. Is-sur Azzopardi għandu l-professjoni ta' għalliem. Edward għamel bosta xogħlijiet artistiċi lil din is-Soċjeta' b'mod volontarju, nkluż id-disinn tal-faċċata kollosali li żżanżnet fil-Festa 2018, l-isgraffir tad-dissinn tal-libsa tal-istatwa ta' Marija Bambina, l-Kurċifiss tal-Ġimgħa l-kbira u bosta xogħolijiet oħra mprezzabli.
Nixtiequ nawguraw lill-President tas-Soċjeta' s-sur Edward Azzopardi kull suċċess f'din il-kariga filwaqt li nirringrazzjaw minn qalbna lill-ex President Dr. Martin Fenech tax-xogħol siewi li għamel fis-Soċjeta' tagħna f'dawn l-aħħar snin. Dr. Martin Fenech kien ġie appuntat bħala Aġent President nhar il-Ħadd 26 ta' Frar 2012 fejn umbat ftit wara kien ġie appuntat bħala President tas-Soċjeta' Mużikali Peace waqt laqgħa straordinarja.
Għafas hawn sabiex tara aktar ritratti tal-Wirja tal-Arti mill-Artist Naxxari Edward Azzopardi
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 10 ta’ Marzu 2019