Għeżież,
Insellmilkom u nilqagħkom f’dan is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar.
Kemm ilu jiffunzjona, dan is-sit kien il-vuċi tal-Kumitat u l-Kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà tagħna. Soċjetà antika, ta’ aktar minn seklu u nofs ta’ storja u tradizzjonijiet, li iżda tagħmel użu minn mezzi moderni ta’ komunikazzjoni u soċjali. Apparti nippromwovu dak kollu li jiġi mħejji għalikom, dan is-sit iservi wkoll ta’ arkivju ta’ eluf ta’ ritratti u filmati ta’ dak kollu li jiġi organizzat regolarment.
Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-webmaster s-Sur Kevin Agius li ħoloq dan is-sit professjonali, u dawk kollha li jagħtu l-kontribut tagħhom biex is-sit jiġi aġġornat kontinwament.
Għalhekk inħeġġeġ lilek li qed taqra dan il-messaġġ biex tidħol u tara kemm is-Soċjetà tagħna hija waħda ħajja u attiva, mhux fil-jiem tal-festa biss, iżda matul is-sena kollha. Però inħeġġeġ ukoll biex ma tieqafx hawn. Ejja sal-Każin, ipparteċipa w attendi. Il-bibien huma miftuħa beraħ għalik u dawk kollha li jixtiequ jaħdmu għan-Naxxar.
Tislijiet,
Edward
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 7 ta’ April 2019