It-Raba' Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 27 ta' Lulju jaħbat propju r-Raba' Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija.Dan is-Sibt ser niddedikah għal 10 snin anniversarju mit-twaqqif ta' dan is-sit eletroniku u l-bidu tal-użu tal-midja soċjali f'din is-Soċjeta'.

Għadni niftakar qisu l-bieraħ meta kont ġejt avviċinat mill-Kumitat Ċentrali, dak iż-żmien taħt it-tmexijja tal-President is-Sur Carm Grech u s-Segretarju s-Sur Walter Amato, sabiex nieħu f’idejja l-proġett li għall-ewwel darba kellu jagħti preżenza fuq l-internet lis-Soċjeta’ Mużikali Peace. Minn meta kont membru fil-Kummissjoni Żgħażagħ minn dejjem kelli x-xewqa li xi darba l-każin ikollu l-websajt tiegħu. Kont qsamt din l-idea ma’ sħabi l-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ ta’ dak iż-żmien u bħala Kummissjoni konna avviċinajna lill-Kumitat Ċentrali b’din l-idea u minn hemm bdew id-diskussjonijiet. Minkejja li bħala membru fil-Kummissjoni Żgħażagħ mill-ewwel ġurnata kont involut f’dak li kien qed jiġi diskuss, qatt ma bsart li l-Kumitat kien ser jafdha dan il-proġett f’idejja. Ħassejtni onorat immens b’din il-fiduċja, u għalkemm dak iż-żmien kont għadni student u kont impenjat bl-istudji tiegħi, l-imħabba lejn din is-Soċjeta’ tagħtni l-kuraġġ sabiex naċċetta din l-isfida l-ġdida u bdejt naħdem fuq dan il-proġett b’mod volontarju fil-ħin liberu tiegħi. Wara bosta xhur ta’ ħidma u dedikazzjoni irnexxieli nlesti x-xogħol fuq il-websajt (l-arkitettura tal-pjataforma, il-coding, u kif ukoll id-disinn [user interface]) u fil-5 ta’ Settembru tas-sena 2009 ġiet uffiċjalment imnieda għal ewwel darba il-websajt tas-Soċjeta’ Mużikali Peace.... (aqra aktar fil-Ktieb tal-Festa 2019)

Nixtiequ nħeġġu lin-Naxxarin kollha sabiex itellaw l-bnadar fuq il-bjut tagħkom matul dawn id-disa' Sibtijiet li ġejjin li jwassluna għal Festa tant għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina.

VIVA MARIJA BAMBINA

Id-Diska - Soċjeta' Peace

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 27 ta’ Lulju 2019