FESTA: Programm Mużikali ta' Lejliet il-Festa fuq il-Planċier - 7 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 7 ta’ Settembru 2019

Nhar is-Sibt, 7 ta' Settembru fl-lejliet il-Festa ta' Ommna Marija Bambina, il-banda Peace ser teżegwixxi Programm fuq il-Planċier tas-Soċjeta' fil-Pjazza taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Naxxari Lino Pirotta bl-għajnuna tal-Assistent Surmast Joseph Chircop. Jakkumpanjaw lill-Banda Mary Spiteri, Nicole Frendo u Georg Zammit. Jippreżenta l-Programm, s-sur Tonio Vella.

Nixtiequ nħeġġu lill dawk kollha li għandom għal qalbom il-mużika, sabiex nhar is-Sibt 7 ta' Settembru jiġu l-Pjazza u jgawdu dan l-ispettaklu li sena wara sena dejjem intlaqa' tajjeb ħafna. Inħeġġukom tkunu hemmhekk kmieni fid-9:00pm sabiex tilħqu post bilqiegħda. 

Filmat 1: Filmat dirett mill-Programm Mużikali tas-sena 2018

Solista: Il-klarinettista Michael Pirotta,

 

Filmat 2: Filmat dirett mill-Programm Mużikali tas-sena 2018

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 13 ta’ Awwissu 2019