Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tinforma lil dawk iż-żgħażagħ kollha bejn is-sittax u l-ħamsa u tletin sena sabiex jissieħbu f'din il-familja żagħżugħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nixtiequ ninfurmawkhom lis-Soċjeta' qiegħda tfittex żgħażagħ minn oqsma differenti sabiex jingħaqdu magħna ħalli llkoll flimkien nagħtu l-kontribut lill-Kummissjoni f'diversi attivitajiet u proġetti li ser isiru matul din is-sena. Is-Soċjeta' bħalissa qiegħda tilqa' l-applikazzjonijiet ta' dawk iż-żgħażagħ kollha li huma nteressati.
Nixtiequ nfakkrukhom li din hija sena speċjali għal Kummissjoni Żgħażagħ għaliex fil-Festa tas-sena 2020 ser inkunu qiegħdin nfakkru u niċċelebraw l-25 sena mit-twaqqif ta' din il-Kummissjoni. Għalhekk m'għandekx titlef din l-opportunita' sabiex tkun parti minn dan it-tim b'viżjoni u direzzjoni żagħżugħa.
Minn huwa nteressat huwa ġentilment mitlub jibgħat email fuq info@bandapeacenaxxar.com bl-isem, l-indirizz u l-eta' sat-30 ta' Settembru.
Id-diska Żagħżugħa Jien kienet biss il-bidu ta' proġett twil u ambiżjuz tal-Kummissjoni Żgħażagħ...
Il-Bidu ta' 52 Ġimgħa lejn il-25 Sena Kummissjoni Żgħażagħ (1995-2020)
Żagħżugħa Jien - ft. Nicole Frendo
Kantanta: Nicole Frendo | Lirika u Melodija: Jonathan Bondin | Produzzjoni u Recording: Wicked and Loud Studios - Elton Zarb | Filmati u Muntaġġ: Gabriel Cassar | Filmati Antiki: John Magro | Tim tal-Produzzjoni: Matthew Pullicino, Wayne Formosa, Edward Azzopardi | Dwal u Effetti: Spectrum Lighting | Drittijiet Riservati: Kummissjoni Żgħażagħ Peace/Soċjetà Mużikali Peace ©2019
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 21 ta’ Settembru 2019