Nifirħu lill-Ewwel Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' Marija Bambina, Naxxar

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Il-bieraħ il-Ħamis, 27 ta' Awwissu fis-6:30pm saret iċ-Ċerimonja tal-Investitura tal-Ewwel Konanċi fil-Kolleġġjata ta' Marija Bambina fin-Naxxar. Nixtiequ għal darb oħra nirringrazjaw tal-fiduċja u nifirħu lill-W.R. Dun David Gauci, l-ewwel Arċipriet tal-Kolleġġjata, flimkien mal-Kapitlu, fil-ħidma pastorali tagħhom, kburin li s-Soċjeta' tagħna kienet, għadha u tibqa' ta' servizz lin-Naxxar u n-Naxxarin!

Filwaqt li nifirħu lill-Ewwel Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' Marija Bambina, Naxxar:

Rev. Kan. David Gauci

Rev. Kan. Gerald Micallef

Rev. Kan. Michael Agius

Rev. Kan. Mons. Salvin Micallef

Rev. Kan. Mons. Richard Borg

Rev. Kan. Evan Caruana

Rev. Kan. Joseph Cilia

Rev. Kan. James Saydon

Rev. Kan. Ryan Lee Pace

Il-President tas-Soċjeta' s-sur Edward Azzopardi flimkien mall-President tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar, Onor. Michael Farrugia MP kienu xhieda tal-pussess tal-ewwel Kapitlu tal-Kolleġġjata tal-Knisja Kolleġġjata ta' Marija Bambina, Naxxar.

Awguri lill-Ewwel Kapitlu tal-Kolleġġjata

L-Ewwel Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' Marija Bambina, Naxxar 🇲🇹 🇻🇦

 

Ritratt: Il-President tas-Soċjeta' s-sur Edward Azzopardi flimkien mall-President tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar, Onor. Michael Farrugia MP.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2020


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Settembru 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.