Nhar il-Ħadd 5 ta' Novembru, tqegħdet kuruna tal-fjuri fiċ-Ċimiterju tan-Naxxar b'tifkira tas-Soċji, Bandisti u Benefatturi tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar li ħallew din id-dinja qabilna. Il-Kumitat, Bandisti u l-Membri jsellmu u jfakkru fil-membri kollha li ħadmu fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace u dawk kollha li ħadmu b'risq il-Festa ta' Marija Bambina.