Aħbarijiet riċenti

[156-160] minn 463 artikli
<
>

Niċċelebraw 28 ta' Awwissu b'differenza

Illum 28 ta' Awwissu 2020, ser niċċelebraw llkoll flimkien jum il-ħruġ tal-istatwa minn-niċċa b'mod differenti. Bħal llum il-pjazza kienet tkun ippakjata bin-nies sabiex llkoll flimkien nistennew lill-Banda Peace tidħol fil-pjazza bid-daqq tal-Innu Marċ. Mal-wasla tal-banda fil-pjazza, l-arċipriet kien jibda l-funzjoni reliġjuża sabiex flimkien niftħu l-Festa esterna bl-akkumpanjament tal-banda Peace b'daqq ta' innijiet Marjani.

B'ħeġġa u determinazzjoni uħud miż-żgħażagħ tagħna jippreparaw għal Festa 2020

B'Ħeġġa uħud miż-żgħażagħ tagħna l-bieraħ filgħaxija bdew jippreparaw għal jiem li ġejjien. Dawn ħa jkunu ġranet differenti, imma xorta speċjali għaliex il-Festa ta' Marija Bambina tibqa l-akbar avveniment fil-kalendarju tagħna.

Nifirħu lill-Ewwel Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' Marija Bambina, Naxxar

Il-bieraħ il-Ħamis, 27 ta' Awwissu fis-6:30pm saret iċ-Ċerimonja tal-Investitura tal-Ewwel Konanċi fil-Kolleġġjata ta' Marija Bambina fin-Naxxar. Nixtiequ għal darb oħra nirringrazjaw tal-fiduċja u nifirħu lill-W.R. Dun David Gauci, l-ewwel Arċipriet tal-Kolleġġjata, flimkien mal-Kapitlu, fil-ħidma pastorali tagħhom, kburin li s-Soċjeta' tagħna kienet, għadha u tibqa' ta' servizz lin-Naxxar u n-Naxxarin!

Niċċelebraw flimkien is-Seba' Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Illum ninsabu fis-Seba' Sibt tal-Festa għażiża ta' Marija Bambina u ninsabu ftit ġranet il-bogħod mit-twaqqif tal-Kolleġġjata tan-Naxxar u l-pussess tal-ewwel Kanonċi. Nhar il-Ġimgħa 28 ta' Awwissu 2020 propju fil-ġurnata li ta' kull sena nkunu qiegħdin niċċelebraw il-Ħruġ minn-niċċa ser issir Quddiesa ta' ringrazzjament mill-Kapitlu tan-Naxxar.

Edizzjoni Speċjali tal-Ktieb tal-Festa 2020

Nixtiequ ninfurmawkom li tistgħu takkiwstaw kopja ta' madward 100 paġna l-edizzjoni speċjali tal-Ktieb tal-Festa ta' din is-sena 2020 minn OTTO Clubhouse.

Grazzi mill-qalb lil kull minn irreklama magħna f'dawn iż-żminijiet diffiċli.

Avviż tal-aħħar miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa

Fid-dawl tal-aħħar miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, l-Kumitat javża li:

  1. Otto Clubhouse għandu liċenzja ta' restaurant u jista' jibqa' jipera skond id-direttivi maħruġa f'Ġunju 2020.
  2. Kull minn jidħol irid ikun liebes maskra sakemm ipoġġi bilqiegħda u terġa' tintliebes jekk ikunu ħa jintużaw il-faċilitajiet sanitarji jew joħorġu mis-sede tal-każin.
  3. Il-klijenti jiġu servuti biss mal-imwejjed u ħadd ma jista' jibqa madwar il-bar.

Dawn ir-regolamenti għandom jiġu mħarsa b'mod rigoruż.

[156-160] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.