Aħbarijiet riċenti

[176-180] minn 463 artikli
<
>

Ngħelbu l-Biża' - Messaġġ ta' Kuraġġ (Covid-19) - Filmat

Ngħelbu l-Biża' - Messaġġ ta' Kuraġġ (Covid-19)

Flimkien niġġieldu din il-gwerra...Flimkien niċċelebraw il-VITTORJA!

Kummissjoni Żgħażagħ Peace Band Club, Naxxar

Messaġġ mill-President tas-Soċjeta' fuq is-sitwazzjoni tal-COVID-19

Għeżież Soċji, Qegħdin fi żminijiet tassew diffiċli u qed jiġi mitlub minna biex nagħmlu sagrifiċċji mhux żgħar. Biex titwaqqaf din il-marda tal-COVID-19, li f’bosta pajjiżi diġà ħalliet ħafna vittmi, il-gvern ħa diversi miżuri li lilna bħala każin tal-banda, laqtuna direttament. Mhux biss ma nistgħux niltaqgħu flimkien fil-Każin kif mdorrijin nagħmlu ta’ kuljum, imma twaqqfu t-tagħlim tal-mużika u l-kunċerti, ġiet imħassra kemm-il attività, inkluż dawk tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Irxoxt, u issa anke l-Festi. Din hija daqqa ta’ ħarta għalina d-dilettanti għax ma nistgħux niċċelebraw Festa kbira lil Marija Bambina kif għandu jkun. Kellna wkoll infakkru l-25 anniversarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ u l-200 sena mit-twelid tal-President Fundatur Vincenzo Bugeja.

Avviż Importanti: Il-każin u OTTO Clubhouse ser ikunu magħluqin minnħabba l-miżuri tal-COVID-19

Avviż Importanti: Hekk kif tħabbar il-bieraħ 16 ta' Marzu mill-gvern biex jitwaqqaf it-tixrid tal-COVID-19, b'effett mill-lum nofs il-lejl ser jingħalqu fost l-oħrajn bars, każini u stabbilimenti oħra soċjali u ta' divertiment.

Għalhekk, il-Kumitat javża li sakemm jinħarġu direttivi ġodda, il-Każin u OTTO Clubhouse ser ikunu magħluqin minn għada nhar l-Erbgħa, 18 ta' Marzu 2020.

Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-attenzjoni, nappellaw għar-responsabilita' u l-kawtela u sabiex tikkooperaw mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Marija Bambina ħarisna.

Avviż Importanti - Miżuri ġodda ħabba l-COVID-19

AVVIŻ IMPORTANTI: Fis-sitwazzjoni preżenti konnessa mal-COVID-19, il-Kumitat javża li sakemm jinħarġu direttivi ġodda, ħa jittieħdu dawn il-miżuri: ▪ B’effett mill-lum ħa jitwaqqfu t-tagħlim tal-mużika u l-kunċerti kollha tal-banda.

 

Stqarrija Uffiċjali mis-Soċjeta' fuq il-Festa ta' Marija Bambina

Fid-dawl ta' dak li ġara f'dawn l-aħħar ġranet li jirrigwardjaw il-Festa, qed issir din l-istqarrija uffiċjali biex niċċaraw il-pożizzjoni tagħna.

Arloġġi ġodda għall-Bejgħ mis-Soċjeta'

Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace jixtiequ jinfurmaw lil pubbliku li fl-għeluq il-25 mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ ser jiġu mnieda affarijiet ġodda għal bejgħ. Il-Kummissjoni ser tkun qiegħda tbiegħ sett ta' arloġġi ġodda mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

[176-180] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.