Aħbarijiet riċenti

[206-210] minn 463 artikli
<
>

L-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 6 ta' Lulju huwa l-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina. Din is-sena ftaħna s-Sibtijiet bi ftit strofi minn poeżija sabiħa li tfakkar l- inawgurazzjoni tal-armar artistiku tal-Faċċata Kollosali li ġiet imżanżna nhar it-3 ta' Settembru 2018. Faċċata Tridimensjonali...Għall-Festa Nazzjonali. 

Santi tal-Bizzilla fl-għeluq il-100 sena mill-Innu Popolari 'O Tfajla Mmakulata'

Is-Soċjeta' Mużikali Peace fl-għeluq il-100 sena mill-Innu Popolari 'O Tfajla Mmakulata' għamlet sett ta' Santi mill-isbaħ u tal-għola kwalita' bix-xbieha għażiża ta' Marija Bambina. Dawn is-santi ser ikunu għal bejgħ mill-Każin tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar minn nhar is-Sibt 6 ta' Lulju fejn ser inkunu qiegħdin niċċelebraw llkoll flimkien l-Ewwel Sibt tal-Bambina. Is-santi l-kbar (21 x 11 cm) ser ikunu qiegħdin jinbiegħu għal prezz ta' €7.50 filwaqt li s-santi ż-żgħar (11 x 7 cm) ser ikunu qiegħdin jinbiegħu għal prezz ta' €3.50.

Servizzi Mużikali tas-Sajf 2019

Bħal kull sena l-Banda Peace tkun ferm impenjata b'mod speċjali fl-istaġun tas-Sajf fejn il-banda tiġi mistiedna sabiex idoqq f'bosta servizzi mużikali fil-Festi Maltin. 

 

Irreklama fil-Ktieb tal-Festa 2019

Tnedija tal-ktieb "In-NAXXAR"

Nhar it-Tlieta 21 ta' Mejju fis-Sala tal-Kunsill Lokali saret tnedija tal-ktieb "In-NAXXAR - stejjer, ġrajjiet u laqmijiet" mill-awtur storiku Naxxari s-Sur Paul Catania. Il-ktieb qiegħed jinbiegħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba, direttament mingħand is-Sur Catania jew mill-Uffiċċju tal-Kunsill għall-prezz baxx ta' €12.50. Prosit lis-Sur Paul Catania għax-xogħol kollu li jagħmel sabiex tiġi priservata l-istorja tan-Naxxar.

Tintemm il-Wirja ta' tlett Pitturi tal-artist magħruf Franċiż Antoine de Favray

Għadhom kif intemmu tlett ijiem impenjattivi ferm, fejn inawgurajna tlett pitturi tal-artist magħruf Franċiż Antoine de Favray.

Grazzi lil kull min ta s-sehem tiegħu biex dawn il-kapulavuri setgħu jitgawdew mill-ġdid fis-sbuħija oriġinali tagħhom.

Grazzi speċjali lill-
President of Malta George Vella u s-Sinjura Vella li għoġobhom jippresjedu l-inawgurazzjoni.

Dan il-proġett sar bl-għajnuna finanzjarja tal-Fondi għall-Każini tal-Banda immexxi mill-Ministeru tal-Arti u KulturaArts Council Malta, u l-Ghaqda Kazini tal-Banda.

Grazzi wkoll lill-kumpanija ReCoop-The Restoration and Conservation Coop Ltd tal-ħidma professjonali tagħhom.

[206-210] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.