Aħbarijiet riċenti

[211-215] minn 463 artikli
<
>

Tintemm il-Wirja ta' tlett Pitturi tal-artist magħruf Franċiż Antoine de Favray

Għadhom kif intemmu tlett ijiem impenjattivi ferm, fejn inawgurajna tlett pitturi tal-artist magħruf Franċiż Antoine de Favray.

Grazzi lil kull min ta s-sehem tiegħu biex dawn il-kapulavuri setgħu jitgawdew mill-ġdid fis-sbuħija oriġinali tagħhom.

Grazzi speċjali lill-
President of Malta George Vella u s-Sinjura Vella li għoġobhom jippresjedu l-inawgurazzjoni.

Dan il-proġett sar bl-għajnuna finanzjarja tal-Fondi għall-Każini tal-Banda immexxi mill-Ministeru tal-Arti u KulturaArts Council Malta, u l-Ghaqda Kazini tal-Banda.

Grazzi wkoll lill-kumpanija ReCoop-The Restoration and Conservation Coop Ltd tal-ħidma professjonali tagħhom.

L-Ewwel Żjara tal-E.T. il-President ta' Malta Dott. George Vella fil-Belt tan-Naxxar

Bi pjaċir inħabbru l-ewwel żjara tal-E.T. il-President ta’ Malta Dott. George Vella fil-Belt tan-Naxxar. Il-President ħa jippresjedi l-inawgurazzjoni tar-restawr ta’ pitturi tal-artist ċelebri Antoine de Favray, fis-Sede tas-Soċjetà tagħna Peace, nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju.

Kulħadd mistieden jattendi għal dan l-avveniment kulturali, kif ukoll biex nagħtu merħba kif jixraq lill-Eċċellenza Tiegħu fis-7:30pm.

L-Ewwel Banda f'Malta fuq Spotify

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira fit-3:00pm, b'unur kbir il-Banda 'Peace' issa hija it-tieni Banda fil-gżejjer Maltin u l-ewwel f'Malta li il-Mużika tagħha ġiet aċċettata fuq Spotify. Issa tistgħu tisimgħu il-'Via Crucis' ta' Karl Fiorini b'mod diġitali fuq Spotify, vetrina mużikali li hija użata mad-dinja kollha. 

Matul ix-xhur li ġejjien ħa nkunu qed nkomplu nippubblikaw aktar mużika mir-repertorju tas-Soċjeta Mużikali Peace, Naxxar A.D. 1862

Stqarrija mill-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar

Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, jikkundannaw l-att irresponsabbli li sar dalgħodu kmieni, fejn intwaddbu ammont kbir ta’ karti mimlija nsulti kontra s-Soċjetà u l-Membri tagħna. 

L-Għid it-Tajjeb lil kulħadd

F'isem il-membri tal-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' Mużikali Peace, nixtiequ nawguraw l-Għid it-Tajjeb lil kullħadd speċjalment lil kommunita' Naxxarijja kollha b'mod speċjali lis-soċji, membri, bandisti, aljievi, għalliema, u surmastrijiet ta' din is-Soċjeta'. 

Nixtiequ nfakkrukhom li l-banda Peace b'unur u privileġġ kbir ser tkun qiegħda tagħti s-sehem tagħha matul il-puriċissjoni ta' Kristu Rxoxt.

Mons. Richard Borg jinħatar Direttur Spiritwali ġdid tas-Soċjeta'

Nixtiequ bi pjaċir kbir nħabru lid-Direttur Spiritwali ġdid tas-Soċjeta' Mużikali Peace huwa Mons. Richard Borg B.A. Lic. D. 

Nhar is-27 ta Jannar, 2018, permezz ta’ digriet ta’ Mons Arċisqof Charles J Scicluna, DUN RICHARD BORG ġie maħtur Monsinjur Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina. Iċ-ċerimonja tal-investitura tiegħu bħala Monsjinjur, saret nhar il-Ħadd, 28 ta’ Jannar, fil-Katidral tal-Imdina, mill-E.T Mons Arċisqof Charles J Scicluna. Mons. Richard Borg huwa l-awtur tal-lirika tal-Cantata ‘L-Għanja tal-Paċi’ (2012) u tal-Innu Marċ ‘Lill-Bambina Sultana tal-Paċi’ (2017). Ingħata l-ġieħ ta' Membru Onorarju tas-Soċjetà tagħna nhar is-7 ta’ Settembru, 2014.

Minn qalbna nifirħulu u nawgurawlu AD MULTOS ANNOS!

[211-215] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.