Aħbarijiet riċenti

[216-220] minn 463 artikli
<
>

Mons. Richard Borg jinħatar Direttur Spiritwali ġdid tas-Soċjeta'

Nixtiequ bi pjaċir kbir nħabru lid-Direttur Spiritwali ġdid tas-Soċjeta' Mużikali Peace huwa Mons. Richard Borg B.A. Lic. D. 

Nhar is-27 ta Jannar, 2018, permezz ta’ digriet ta’ Mons Arċisqof Charles J Scicluna, DUN RICHARD BORG ġie maħtur Monsinjur Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina. Iċ-ċerimonja tal-investitura tiegħu bħala Monsjinjur, saret nhar il-Ħadd, 28 ta’ Jannar, fil-Katidral tal-Imdina, mill-E.T Mons Arċisqof Charles J Scicluna. Mons. Richard Borg huwa l-awtur tal-lirika tal-Cantata ‘L-Għanja tal-Paċi’ (2012) u tal-Innu Marċ ‘Lill-Bambina Sultana tal-Paċi’ (2017). Ingħata l-ġieħ ta' Membru Onorarju tas-Soċjetà tagħna nhar is-7 ta’ Settembru, 2014.

Minn qalbna nifirħulu u nawgurawlu AD MULTOS ANNOS!

Tinstab mużika storika u ta' valur kbir fis-Soċjetà

Tissokta l-ħidma mill-Kummissjoni Banda fl-Arkivju tas-Soċjetà, fejn qed tinstab mużika storika u ta’ valur kbir, kompożizzjonijiet ta’ Surmastrijiet magħrufa. Riċentament għadhom kif instabu sett valzi ta’ Mro.Antonio Miruzzi (1867 – 1944). Miruzzi twieled il-Furjana u għex u miet il-Ħamrun. Kellu ħafna minn xogħlijietu li ġew ippremjati f’konkorsi internazzjonali u saħansitra ġew ippubblikati.

Kelmtejn ta' Introduzzjoni mill-President tas-Soċjeta'

Għeżież, Insellmilkom u nilqagħkom f’dan is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar. Kemm ilu jiffunzjona, dan is-sit kien il-vuċi tal-Kumitat u l-Kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà tagħna. Soċjetà antika, ta’ aktar minn seklu u nofs ta’ storja u tradizzjonijiet, li iżda tagħmel użu minn mezzi moderni ta’ komunikazzjoni u soċjali. Apparti nippromwovu dak kollu li jiġi mħejji għalikom, dan is-sit iservi wkoll ta’ arkivju ta’ eluf ta’ ritratti u filmati ta’ dak kollu li jiġi organizzat regolarment.

Ringrazzjament u Apprezament - Tberik tal-Annimali b'kollaborazjoni mall-Kunsill Lokali

Nhar il-Ħadd, 31 ta' Marzu ġiet organizzata attivita' mill-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjeta' Mużikali Peace b'kollaborazjoni mall-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Fl-10:00 ltqajna llkoll flimkien fejn il-Kappella ta' San Ġakbu (ex-Trade Fair grounds); wara saret dimostrazzjoni ta' annimali domestiċi u bhejjem sal-pjazza fejn sar it-tberik mill-Arċipriet Dun David Gauci. Nixtiequ nirrangrazjaw lis-Sindku AnnMarie Muscat Fenech Adami tal-kontribut tagħha f'din l-attivita u lill-Arċipriet Dun David Gauci tas-sehem tiegħu f'din l-attivita'. Din id-dimonstrazzjoni ġiet akkumpanjata minn-Naxxar Scouts Group. Wara t-tberik, fil-Pjazza kien hemm wirjiet mill-klieb tad-Dwana u mill-klieb u żwiemel tal-Puluzija. Wara din l-attivita' ngħatat tifkira sabiħa lil kull parteċipant. 

 

Approvati u Appuntati l-karigi l-ġodda tal-Kumitat Eżekutiv 2019 - 2021

Wara s-seduta Ġenerali li saret nhar il-Ħadd 10 ta' Marzu fis-Sala Marija Bambina fejn ġew eletti u maħtura l-membri tal-Kumitat Ċentrali, nhar it-Tnejn 18 ta' Marzu saret l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Ċentrali fejn ġew deċiżi u approvati l-karigi l-ġodda ta' dan il-Kumitat. 

Is-sur Edward Azzopardi maħtur bħala PRESIDENT ġdid tas-Soċjeta' Mużikali Peace

Illum il-Hadd 10 ta' Marzu, waqt Seduta Ġenerali, fis-sala Marija Bambina, s-sur Edward Azzopardi ġie maħtur President tas-Soċjeta' Mużikali Peace. Tul dawn l-aħħar snin, is-sur Edward Azzopardi kien jifforma parti mill-Kumitat Ċentrali, riċentament bħala Viċi President.

[216-220] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.