Aħbarijiet riċenti

[26-30] minn 491 artikli
<
>

Il-Ħidma tkompli fil-Proġett tal-Intrata

Il-proġett tal-intrata ġie msaħħa b’mod sinifikanti permezz ta’ installazzjoni ta’ bieb tal-injam b’panew tal-ħġieġ, pannew kbir tal-ħġieġ għall-uffiċċju tas-segretarjat, u restawr ta’ kanċell antik tal-ħadid li issa jtejjeb kemm id-dehra kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni tal-arja. Intwera r-ringrazzjament lill-kumpanija St. Anthony Woodworks għall-ħidma eċċellenti tagħhom, kif ukoll apprezzament lejn dawk kollha li qed joffru l-għajnuna tagħhom biex il-proġett ikompli jiġi ffinanzjat.

B'sogħba u dispjaċir kbir inħabbru l-mewt tal-President Emeritus tas-Soċjeta' - Dr. Martin Fenech

Il-President, il-Kumitat u l-Kummissjonijiet kollha tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, jesprimu s-sogħba kbira tagħhom għat-telfa tal-Avv. Martin Fenech, li ħalla din id-dinja llum. L-Avv. Martin Fenech serva b’dedikazzjoni u b’imħabba kbira bħala President tas-Soċjetà bejn l-2012 u l-2019, u ħalla impatt sinifikanti fuq il-ħidma tagħna u fuq il-komunità kollha.

Kors kif taħdem il-Presepju

Kull nhar ta' Sibt, mis-Sibt, 11 ta' Ottubru sas-Sibt, 1 ta' Novembru ser jittellgħa kors kif taħdem il-presepju. Il-kors ser ikun immexxi mill-presepista s-sur Mark Scerri. Il-kors huwa miftuħ għal persuni 'l fuq minn 12-il sena. Fit-tmiem tal-kors, kull parteċipant jieħu l-presepju magħmul minnhu komplut id-dar. 

GRAZZI - Festa 2025

Kulhadd kelma wahda…x’Festa ghamiltu 💙

GRAZZI 🫶

𝗗𝗘𝗝𝗝𝗘𝗠 Żagħżugħa 💙

Il-Festa t-Tajba lin-Naxxarin kollha

Il-President u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet u Bandisti tal-Peace Band Club jawguraw il-Festa t-Tajba lin-Naxxarin kollha.

𝗩𝗜𝗩𝗔 𝗠𝗔𝗥𝗜𝗝𝗔 𝗕𝗔𝗠𝗕𝗜𝗡𝗔 💙

Merchandise tal-Festa

Is-Soċjetà Mużikali Peace qed toffri għall-bejgħ il-merchandise uffiċjali tal-Festa, maħruġ apposta fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Minn illum il-merchandise jista’ jinxtara minn Palazzo Vittorja.

[26-30] minn 491 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify