Aħbarijiet riċenti

[276-280] minn 475 artikli
<
>

It-Tmien Sibt tal-Bambina

Illum 26 ta' Awwissu huwa propju t-Tmien Sibt tal-Bambina, u ninsabu biss jumejn il-boghod mill-Hrug minn-nicca tal-istatwa ta' Marija Bambina u ghalhekk ma setax jonqos biex dan is-Sibt nidedikawh lil gawra tan-Naxxarin. Din is-sena s-Socjeta' Muzikali Peace kitbet ghal ewwel darba fir-rahal taghna innu marc dedikat ghal istatwa titulari ta' Marija Bambina fejn il-lirika tieghu tistaw tarawa fil-poster ta' dan is-Sibt.

 

Illum ukoll ser jigi organizzat l-BBQ/Majjalata fil-pjazza tan-Naxxar mis-Socjeta' taghna. Inheggu lin-Naxxarin kollha sabiex illum itellghu l-bbadar u jixghelu l-globi u tubi taghhom sabiex flimkien niccelebraw t-tmien Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina.

Is-Seba' Sibt tal-Bambina

Illum 19 ta' Awwissu ninsabu propju fis-seba' Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina, dan ifisser li fadal anqas minn xahar ghal Festa. F'dan is-Sibt qed infakkar l-istatwa mill-isbah tas-Socjeta' li din is-sena sarilha xoghol tas-sgraffir u ndurazjoni tad-deheb fuq il-libsa taghha. Nheggu l-kulhadd jattendi ghal Open Day tal-istatwa, nhar it-3 ta' Settembru. VMB!

Is-Sitt Sibt tal-Bambina

Illum 12 ta' Awwissu huwa s-sitt Sibt tal-Bambina fejn illum qieghdin nfakkru  l-100 sena anniversarju mit-twaqqif tas-sede taghna gewwa Palazzo Vittoria. VMB!

Il-Ħames Sibt tal-Bambina

Ninsabu biss xahar il-bogħod mill-aktar marċ brijjuż popolari għalina n-Naxxarin, il-marċ tat-tieni jum tat-tridu - 5 ta' Settembru. Illum qiegħdin ukoll niċċelebraw il-ħames Sibt tal-Bambina. Nixtiequ nħeġġu lil ħbieb, partitarji u membri ta' din is-Soċjeta' sabiex jinngħaqdu magħna fl-attivitajiet tal-Festa sabiex tkunu protoganisti tal-Marċ il-kbir li qiegħdin jorganizzaw il-Kummissjoni Żgħażagħ għal din is-sena. L-ispettaklu ma' jonqosx!!

Ir-Raba' Sibt tal-Bambina

Illum is-Sibt 29 ta' Lulju ninsabu propju fir-raba' Sibt tal-Festa tant għażiża tagħna n-Naxxarin, il-Festa ta' Marija Bambina. Ninsabu ftit anqas minn xahar il-bogħod sabiex il-Banda Peace għal sena oħra tkun il-protoganista tal-Festa billi tagħti bidu għal ġranet tal-Festa u takkumpanja l-Ħruġ tal-istatwa minn-niċċa b'daqq ta' innijiet Marjani.

It-Tielet Sibt tal-Bambina

Illum is-Sibt 22 ta' Lulju jaħbat it-Tielet Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina. Inħeġġukom tinngħaqdu maż-żgħażagħ u partitarji tagħna li b'determinazzjoni kbira qiegħdin jaħdmu lejl u nar sabiex ikollna Festa oħra mill-aqwa. 

[276-280] minn 475 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify