Aħbarijiet riċenti

[286-290] minn 502 artikli
<
>

Kunċert tal-Milied - Live Streaming.

Nhar is-Sibt 30 ta' Diċembru, l-Banda Peace ttellgħat il-Kunċert annwali tal-Milied fis-Sala Marija Bambina.Grazzi tal-attendenza numeruza li kellna. Sala ppakjata u proset akbar lis-Surmast Naxxari Lino Pirotta u l-Bandisti tal-Banda Peace. Proset akbar tmur lis-solisti u ma jonqosx ukoll lill-kor Harmonic Ensemble taħt id-direzzjoni ta' Ritienne Azzopardi. 

Din is-sena l-Kunċert tal-Milied ġie streamed LIVE fuq Facebook, għalhekk inħeġġek sabiex tagħfas LIKE fuq il-paġna tal-Facebook sabiex tkun tista ssegwi l-Live streamings tas-Soċjeta'. 

GRAZZI u s-sena t-Tajba!

Nifirħu lill-Fr.Richard (Membru Onorarju tas-Soċjeta') li leħaq Monsinjur.

F'dawn l-aħħar siegħat il-partitarji u membri ta' din is-Soċjeta' xxukjajna ruħna u ninsabu ferm ddispjaċuti bl-aħbar xejn sabiħa fejn tħabret il-mewt taż-żgħażugħ Michael. Michael kien żgħażugħ li kont dejjem taraħ b'dik it-tbissima fuq xuftejħ u kien jieħu gost jitla għal Festa ta' Marija Bambina. Dan iż-żgħażugħ qalbieni, miet fl-eta ta' 17-il sena.

Jinġabru flus għal Istrina 2017. Grazzi u Proset!

Prosit lil dawk kollha li ghenu ghal din il-kawza gusta. Inkomplu nawguraw lil dawk kollha nvoluti u lill-poplu biex tibqa’ tikber is-somma. Prosit u Grazzi.

Il-Festi t-Tajba u Awguri!

Il-President u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar, jawguraw Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq.

Kondoljanzi lill-familja Bugeja

F'dawn l-aħħar siegħat il-partitarji u membri ta' din is-Soċjeta' xxukjajna ruħna u ninsabu ferm ddispjaċuti bl-aħbar xejn sabiħa fejn tħabret il-mewt taż-żgħażugħ Michael. Michael kien żgħażugħ li kont dejjem taraħ b'dik it-tbissima fuq xuftejħ u kien jieħu gost jitla għal Festa ta' Marija Bambina. Dan iż-żgħażugħ qalbieni, miet fl-eta ta' 17-il sena.

Premijiet u Rikkonoxximenti f'Jum in-Naxxar - 11 ta' Diċembru

Nhar it-Tnejn 11 ta' Diċembru, propju f'jum in-Naxxar, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar premja lill-individwi Naxxarin. F'isem is-Soċjeta' Mużikali Peace nixtiequ nifirħu lill-dawk in-Naxxarin kollha li ġew premjati b'dawn l-premijiet u rikkonoxximenti b'mod speċjali lill-individwi li jifformaw parti mis-Soċjeta' tagħna. Proset!

[286-290] minn 502 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify