Aħbarijiet riċenti

[46-50] minn 443 artikli
<
>

Awguri għall-Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq

Il-President Edward Azzopardi u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, jawguraw Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq.

🔹🔹🔹🔹🔹🔹🔹🔹

The President, Committee and Commissions of the Peace Band Club of Naxxar, wish you all a merry Christmas and a happy New Year full of Peace and Joyfulness.

Reġistrazzjoni tas-Soċji 2024

Il-Kumitat Ċentrali jixtieq jinfurmakhom li kull nhar ta' Ħadd filgħodu f'OTTO Clubhouse ser tkun għaddejja r-reġistrazzjoni tas-Soċji 2024. Kull minn jixtieq jissieħeb mal-Ewwel Banda Naxxarijja jista jagħmel dan għal €15 fis-sena. Grazzi!

𝗣𝗶𝗻𝗸 𝗢𝗰𝘁𝗼𝗯𝗲𝗿 𝗕𝗮𝗸𝗲 𝗦𝗮𝗹𝗲 b'risq Action For Breast Cancer Foundation Malta

Fil-jiem li għaddew il-Kummissjoni Żgħażagħ għaddiet id-donazzjoni miġbura waqt il-Pink October Bake Sale b'risq Action For Breast Cancer Foundation Malta. Nirringrazzjawhom tal-ħidma tagħhom.

 

Larinġ ta' Malta għall-bejgħ

Larinġ ta' Malta. Għall-bejgħ minn quddiem il-każin kull nhar ta' Ħadd filgħodu. Inħeġġukom sabiex magħkom iġibu basktijiet tad-drapp jew kontenituri reċiklabbli.

 

B'sogħba kbira nħabbru t-telfa ta' ħuna Ramond Muscat

B'sogħba kbira nħabbru t-telfa ta' ħuna Ramond Muscat magħruf fostna Ramond in-Naw, li għadda għal ħajja ta' dejjem nhar it-8 ta' Diċembru 2023. Illum tlifna voluntier kbir b'qalb kbira fil-qasam tal-piroteknika li ħabb u ħadem minn qalbu tul dawn l-aħħar snin. Aħna nirringrazzjawk ta' Kollox Ray, il-ħidma u l-karattru speċjali tiegħek m'hu se jintesew qatt speċjalment fil-jiem tal-festa. Meta' kulħadd kien ikun stressat, inti dejjem kont tqawwi qalb kulħadd li se naslu u fis-silenzju wettaqt ħidma kollettiva flimkien ma' sħabek.

A Night at the Musicals - Grazzi

[46-50] minn 443 artikli
<
>