Nhar il-Ħadd 22 ta' Ġunju, l-banda tagħna għal sena oħra ġiet mistiedna sabiex tagħti s-sehem mużikali tagħha ġewwa l-Festa tant popolari tal-Madonna tal-Karmnu ġewwa ż-Żurrieq. Bħal kull sena oħra l-banda Peace daqqet sett ta' marċi brijjużi qabel il-ftuħ tal-purċissjoni ġewwa t-toroq taż-Żurrieq. Il-banda Peace akkumpanjat il-ħruġ u d-dħul tal-istatwa b'daqq tal-Ave Maria u kompożizzjonijiet oħra relatati mall-festa taż-Żurrieq.