Gallery Album: Eżebizzjoni: Music in Malta - From Prehistory to Vinyl (14 ta' April - 16 ta' Ġunju 2019)

Il-planċier l-antik tas-Soċjeta' (tal-arkati) bħalissa jinsab f'eżebizzjoni ġewwa l-Mużew tal-Katidral ġewwa l-Imdina fejn bħalissa għaddejja wirja ferm interessanti fuq l-evoluzzjoni tal-mużika mill-preistorja sas-seklu għoxrin. L-eżebizzjoni tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd mill-10:00am sal-5:00pm u l-Ħamis sat-8:00pm. Din l-eżebizzjoni nfetħet nhar il-Ħadd 14 ta' April u tagħlaq nhar il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019. 

Nixtiequ nħeġġukom tattendu għal din l-eżebizzjoni ta' nteress kbir b'mod speċjali lil dawk kollha li jħobbu l-mużika.

Għal aktar tagħrif fuq din l-eżebizzjoni żżuru: www.musicinmalta.com

Ritratti [ 11 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti