Attivitajiet li jmiss

Ħarġa għall-Għawdex fl-Imnarja - 29 ta' Ġunju

Nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju f'jum l-Imnarja, l-Kumitat tas-Soċjeta' qiegħed iħejji attivita' mill-isbaħ u rilasanti ġewwa Għawdex. L-għan ta' din l-attivita' hija li mmorru ngawdu Festa tipika Għawdxijja ġewwa n-Nadur għal Festa ta' San Pietru u San Pawl. It-transport jitlaq mill-pjazza tan-Naxxar fl-4:00pm.

Ħarġa għall-Armier - 3 ta' Lulju

Nhar it-Tlieta, 3 ta' Lulju l-Kummissjoni Nisa fi hdan is-Socjeta' ser torganizza harga ghall-Armier mid-9:00am il-quddiem. Il-Prezz huwa ta' €22 (transport u ikel inkluz). Bookings minn OTTO Clubhouse.

BBQ fl-Ewwel Sibt tal-Bambina - 7 ta' Lulju

Hekk kif qiegħda toqrob il-Festa l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' ser jorganizzaw BBQ fl-Oratorju fis-7 ta' Lulju li jaħbat propju l-Ewwel Sibt tal-Bambina. 


Ħarġa għall-Armier - 10 ta' Lulju

Nhar it-Tlieta, 10 ta' Lulju l-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta' ser torganizza ħarġa għall-Armier mid-9:00am il-quddiem. Il-Prezz huwa ta' €22 (transport u ikel inkluż). Bookings minn OTTO Clubhouse.

Ġurnata Sqallija flimkien mas-Soċjeta' Mużikali Peace

Il-Kumitat flimkien mall-Kummissjonijiet tas-Soċjeta', għal sena oħra ser jerġaw jorganizzaw ġita għall-Sqallija nhar il-Ħamis 26 ta' Lulju. Dan it-tour ser ikun igwidat mit-Tour Leader ta' Micallef Joe Travel. Il-pjan tal-ġurnata ser ikun mqassam hekk: Vjaġġ bil-katamaran lejn Pozzallo u lura; Pullman privata magħna l-ġurnata kollha; ......

...aktar Attivitajiet