Wara l-ġrajjiet riċenti li jikkonċernaw it-tim tan-Naxxar Lions FC, il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar ħass il-bżonn li juri solidarjetà u jaġixxi. Bħal ma 100 sena ilu, Palazzo Vittoria - Naxxar kien il-post fejn ra l-bidu tat-tim tal-futbol Naxxari u l-post fejn il-kumitat tiegħu kien jiltaqa’, qed nerġgħu noffru minn qalbna s-sede tagħna biex il-Kumitat tan-Naxxar Lions FC jkollu post komdu fejn ikun jista’ jżomm s-seduti u laqgħat oħra tiegħu.