Aħbarijiet riċenti

[241-245] minn 475 artikli
<
>

Proset lill-bandista Maris Micallef talli ġabet id-Diploma fil-Mużika

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tifraħ lill-bandista Maris Micallef li ġħaddiet mill-eżami tal-dipLcm Clarinet Performance u ġabet id-diploma fil-mużika. Maris ilha ddoqq għal bosta żmien il-klarinett mal-banda tagħna u studjat u tgħalmet il-mużika mas-surmast tal-banda tagħna, Mro. Lino Pirotta. Maris ħadet sehem f'bosta Programmi Mużikali kif ukoll kellha ċ-ċans li ddoqq diversi 'Solos' mall-banda tagħna.

Maħtur membru ġdid fil-Kumitat Ċentrali

Nhar it-Tnejn 15 ta' Ottubru waqt seduta tal-Kumitat is-sur Wayne Formosa, b'vot unanimu mill-membri kollha tal-Kumitat Ċentrali, ġie maħtur membru bl-irwol ta koordinatur 'Events & Social Responisbility'.Wayne għandu 21 sena u ilu jiffrekwenta s-Soċjeta' minn eta' żgħira.

FAĊĊATA KOLLOSALI - Premjati mill-MALTA RECORDS

Diġa għaddiet ġimgħa minn mindu l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace flimkien mal-artist u disinjatur tal-faċċata s-sur Edward Azzopardi ġew premjati mill-Malta Records għall-akbar ammont ta' disinji maqtugħin fl-injam fuq faċċata ta' każin b'ammont ta' 788 disinn fl-injam. Id-disinn tal-faċċata l-ġdida li ġiet inawgurata għall-ewwel darba fil-pjazza nhar it-Tnejn 3 ta' Settembru 2018, irrekjediet bosta xogħol, ħin u dedikazzjoni minn ħafna partitarji tas-Soċjeta' tagħna.

Kanzunetta ta' Mħabba għal Ommu - Luke Agius

Illum nixtiequ naqsmu magħkom kanzunetta ġdida li ħarġet ftit tal-jiem ilu mingħand seħibna, Lulu. Għal dawk kollha li ma jafux minnhu , Lulu huwa l-ħabib tagħna u n-Naxxari Luke Agius li għamel żmien twil jifrekwenta s-Soċjeta' tagħna. Luke jifforma parti mid-duo Xarulu' li ninsab ċert li xi darba jew oħra smajtu diġa xi kanzunetta minn tagħhom għaliex illum il-ġurnata saru popolari fil-gżejjer Maltin. Sfortunatament f'Ottubru tas-sena li għaddiet, Luke flimkien ma ħutu Matthew u Karen tilfu lill-ommhom. Is-sinjura qatt minnsija Tanya Agius kienet membru f'din is-Soċjeta' u kienet tattendi bi ħġarha l-attivitajiet tagħna.

Nawguraw lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina għal Ħarqa mill-isbaħ fit-8 ta' Settembru

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tawgura lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar li ser tkun qiegħda taħraq il-logħob tan-nar tal-ajru matul il-jum kollhu tat-8 ta' Settembru. 

Is-Soċjeta' tirbaħ Record Nazzjonali fil-Faċċata Kollosali

Nhar l-Erbgħa 5 ta' Settembru waqt il-Marċ tant popolari fin-Naxxar, il-marċ tat-Tieni jum tat-Tridu, ġejna premjati mill-Malta Records. Il-Kummissjoni Żgħażagħ u s-sur Edward Azzopardi ġew premjati mill-Malta Records għal aktar faċċata li fiha biċċiet ta' injam (788 biċċa injam ġew kwalifikati għal dan ir-rekord).

[241-245] minn 475 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify