Aħbarijiet riċenti

[246-250] minn 475 artikli
<
>

Is-Soċjeta' tirbaħ Record Nazzjonali fil-Faċċata Kollosali

Nhar l-Erbgħa 5 ta' Settembru waqt il-Marċ tant popolari fin-Naxxar, il-marċ tat-Tieni jum tat-Tridu, ġejna premjati mill-Malta Records. Il-Kummissjoni Żgħażagħ u s-sur Edward Azzopardi ġew premjati mill-Malta Records għal aktar faċċata li fiha biċċiet ta' injam (788 biċċa injam ġew kwalifikati għal dan ir-rekord).

Innawgurazjoni tad-disinn tal-Faċċata Kollosali - 3 ta' Settembru

Faċċata Tridimensjonali...Għall-Festa Nazzjonali. Il-bieraħ 3 ta' Settembru ġewwa l-Pjazza tan-Naxxar saret l-inawgurazzjoni tal-armar artisku tal-faċċata tal-Każin. 

FESTA: Waslet il-Festa... Id-Djarju tal-FESTA 2018

Illum qiegħdin nippublikaw id-djarju uffiċjali tal-attivitajiet kollha tas-Soċjeta' Mużikali Peace fil-Festa 2018 fejn fih aktar minn 10 attivitajiet. L-attivitajiet ser jibdew fit-25 ta' Awwissu b'Ikla kbira għall-familja kollha u tispiċċa nhar it-8 ta' Settembru fejn il-Banda Peace b'unur u privileġġ kbir ser tkun qiegħda takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' Marija Bambina waqt il-purċissjoni kollha bl-Innijiet Marjani tant sbieħ u popolari man-Naxxarin. 

L-Ewwel Sibt tal-Bambina - Imniedi l-Facebook Frame tal-Festa 2018

Illum is-Sibt 7 ta' Lulju jaħbat l-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina 2018. Għal bidu ta' din il-Festa s-Soċjeta' Mużikali Peace ħasbet sabiex tniedi Facebook Frame. 

Tinġabar is-somma sabiħa ta'  €2135 għal Puttinu Cares waqt l-Programm Vokali u Strumentali 'Future

Nhar il-Gimgha 1 ta' Gunju fis-7:30pm, Ally-El Entertainment ttellaw dan il-Programm Muzikali b'kollaborazjoni mall-Banda Peace gewwa l-Kullegg ta' San Benedittu f'Hal-Kirkop sabiex jingabru fondi b'risq Puttinu Cares. Waqt dan il-Programm Muzikali ndaqqu u tkantaw aktar minn 22 il-kanzunetta kemm Maltin kif ukoll kanzunetti popolari. Il-Banda Peace kienet taht il-bakketta tal-Assistent Surmast Mro. Joseph Chircop, filwaqt li s-Surmast Direttur Mro.Lino Pirotta nnghaqqad bhala muzicist mall-banda Peace f'din is-serata formidabli. Waqt din is-serata kien hemm ukoll Mro.Joe Brown li akkumpanja l-Banda Peace bid-daqq tal-pjanu. 

Ma ninsewk qatt Colin. Strieħ fis-sliem ħabib.

B'dispjaċir u sogħba kbira nħabbru l-mewt ta' seħibna Colin Muscat. Colin miet fl-eta' ta' 36 sena wara l-inċident sfortunat li seħħ nhar is-Sibt 26 ta' Mejju wara nofsinhar fil-kumpless tal-Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar ta' San Ġwann. Il-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace jagħti l-kondolajnzi lill-familjari u l-qraba ta' seħibna Colin. 

[246-250] minn 475 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify