Aħbarijiet riċenti

[296-300] minn 463 artikli
<
>

Pink October - Breast Cancer Awareness Month

Il-bierah 9 ta' Ottubru nxtelghet il-faccata tal-kazin b'dawl ta' kulur roza sabiex s-Socjeta' taghna tissaportja l-'Breast Cancer Awareness Month'. Nheggu lin-nisa kollha sabiex jaghmlu check ups regolati ta sidirhom.

Restawr ta' Bandiera tas-sena 1968

Din il bandiera tan-Nome di Maria, hija propjeta tal-każin tagħna fejn saret fl-1968 u inħadmet ġewwa l-Malta Drydogs flimkien mal-Bandiera l-antika tal-arma tal-każin li titla fuq l-arblu prinċipali fil-5 ta'Settembru. Il-bandiera kienet swiet Lm25. Din hija bandiera tas-suf ta' kwalita' tajba ħafna. Il-ħsara li kkawżat lil din l-bandiera saret fil-biċċa l-kbira taz-zkuk tal-ġilji li jinsabu jżejnu l-arma tal-Madonna. Dawn qegħdin fil-proċess li jinnbidlu kompletament ma drapp ġdid għax tgħerrew biż-żmien u l-elementi.

Xogħol Volontarju f'Dar Merħba Bik wara l-Festa 2016

Nhar l-Erbgha 21 ta' Settembru, numru ta' partitarji fi hdan is-Socjeta' Muzikali Peace, nnghaqdu flimkien sabiex imorru jaghmlu xoghol volontarjat fid-Dar Merhba Bik. F'isem il-Kumitat Centrali nixtieq nirringrazja lil dawk kollha li taw il-kontribut taghhom. Grazzi u Proset!!

Il-Festa t-Tajba

Hekk kif daqqu t-tokki ta' nofs il-lejl sebah il-jum tant mistenni ghalina n-Naxxarin, il-jum tal-Vitorja. F' ismi u f'isem il-Kumitat Centrali nixtiequ nawguraw il-Festa t-Tajba lil kulhadd b'mod specjali lis-socji, membri, bandisti, hbieb u partitarji ta' din is-Socjeta' tant ghal qalb in-Naxxarin.

Infakkarkom li dalghodu mill-11:00am il-quddiem ser ikun hemm il-party tant mistenni minn kulhadd gewwa l-Otto Clubhouse "Il-Festa". Deejays rinomati ma Malta kollha ser idoqqu - Paul Frada u ZIGGY.

Illejla umbat il-Banda Peace b'UNUR u PRIVILEGG ser takkumpanja lill istatwa artistika u titular ta' Ommna Marija Bambina matul il-purcissjoni kollha. 

Il-Festa t-Tajba lil kullhadd!

It-Tmien Sibt tal-Bambina

Illum is-Sibt 27 ta' Awwissu, wasal propja t-Tmien Sibt tal-Bambina, u issa ninsabu biss Sibt il-bogħod mill-Festa 2016. Illum ma stajtx ma nfakkarx l-4 ta' Settembru tas-sena li għaddiet, il-jum ta' meta numru sabiħ ta' partitarji ta' din is-Soċjeta' nngħaqadna flimkien bi ħġarna u nżilna bil-karozzi tagħna (car cade) sabiex intellaw ġawra ġdida lejn il-każin - Iva, qiegħed nireferi għal vara mill-isbaħ li tittella' mal-Marċ tal-5 ta' Settembru sabiex umbat wara l-istess marċ, isir it-tlugħ tal-istatwa fil-gallarija prinċipali tal-każin sabiex issebbah pjazza bil-ġmiel tagħha. Statwa bi xbiegħa ta' Ommna Marija Bambina. 

Id-Disa' Sibt tal-Bambina - FESTA 2016

Illum 3 ta' Settembru huwa propju l-aħħar Sibt ta' qabel il-Festa ferm mistennijja minn-Naxxarin, il-Festa tal-Bambina. F'dan l-aħħar Sibt nixtieq nerġa nfakkarhom fuq l-Attivitajiet kollha tal-Festa tas-Soċjeta' Mużikali Peace. Diġa saru bosta attivitajiet tal-Festa fosthom l-Ewwel Sena Anniverarju tal-Otto Clubhouse, il-Majjalata fil-Pjazza li kienet ta' SUĊĊESS kbir, il-Ħruġ min Niċċa tal-istatwa ta' Marija Bambina akkumpanjata mill-Banda Peace, il-Quddies tan-Novena, r-Riċeviment tal-Festa u l-'Party' tat-Tfal. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazja lil dawk kollha li attendew għal attivitajiet msemmija u nħeġġeġ lin-Naxxarin kollha sabiex jattendu bi hġarom għal attivitajiet li jmiss, dawn huma...

[296-300] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.