Aħbarijiet riċenti

[301-305] minn 463 artikli
<
>

Id-Disa' Sibt tal-Bambina - FESTA 2016

Illum 3 ta' Settembru huwa propju l-aħħar Sibt ta' qabel il-Festa ferm mistennijja minn-Naxxarin, il-Festa tal-Bambina. F'dan l-aħħar Sibt nixtieq nerġa nfakkarhom fuq l-Attivitajiet kollha tal-Festa tas-Soċjeta' Mużikali Peace. Diġa saru bosta attivitajiet tal-Festa fosthom l-Ewwel Sena Anniverarju tal-Otto Clubhouse, il-Majjalata fil-Pjazza li kienet ta' SUĊĊESS kbir, il-Ħruġ min Niċċa tal-istatwa ta' Marija Bambina akkumpanjata mill-Banda Peace, il-Quddies tan-Novena, r-Riċeviment tal-Festa u l-'Party' tat-Tfal. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazja lil dawk kollha li attendew għal attivitajiet msemmija u nħeġġeġ lin-Naxxarin kollha sabiex jattendu bi hġarom għal attivitajiet li jmiss, dawn huma...

Is-Seba' Sibt tal-Bambina - L-Attivitajiet kollha tal-Festa 2016

Illum l-20 ta' Awwissu jaħbat propju s-Seba' Sibt tal-Bambina fejn illum qegħdin nippublikaw f'poster wieħed, l-attivitajiet kollha tal-Festa 2016. Il-Kumitat flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' jaħdmu ħafna id f'id matul is-sena kollha sabiex fl-aħħar mill-aħħar ikollna Festa sabiħa u l-bandisti, partitarji, membri, soċji u benefatturi ta' dan il-każin ikunu jistgħu jgawdu mill-frott tal-ħidma li ssir matul is-sena kollha.

Jitkompla l-Progett ta' Tisbih u Manutenzjoni tal-Kazin

Is-Socjeta' taghna kompliet il-Progett ta' Tisbih u Manutenzjoni fil-kazin. Il-bierah tlestit il-'pantry' tal-kazin li tintuza bhala kcina ghal attivitajiet kollha li ttella s-Socjeta' fosthom ikliet, Programmi Muzikali, laqghat u l-attivitajiet kollha tas-Socjeta' li jittellaw fis-Sala Marija Bambina. Ghalhekk ma setax jonqos li bhala Socjeta', niehdu hsieb li naghmlu t-tibdil mehtieg. Ix-xoghlijiet f' din il-pantry kienu bosta, fosthom tibdil tal-madum, 'appliances' godda, sistema ta' gass, dawl u ilma gdida. Minn hawnhekk ma nistawx ma nirringrazjawx mill-qalb lill dawk il-membri u partitarji li taw sehmom f'dan il-progett fosthom lid-direttur tal-kazin, is-Sur Mario Bonavia. GRAZZI tal-hin, u d-dedikazzjoni taghkom lejn is-Socjeta' taghna.


Kull min huwa nteressat biex jikri s-sala Marija Bambina ghal xi funzjoni, huwa gentilment mitlub javvicina lis-Segretarju tas-Socjeta' jew tibghatu email fuq info@bandapeacenaxxar.com

 

Is-Sitt Sibt tal-Bambina - L-Ewwel Anniversarju tal-OTTO Clubhouse

Illum 13 t'Awwisu huwa propju s-Sitt Sibt tal-Bambina hija wkoll il-bidu tal-gimgha li fiha ser niccelebraw l-ewwel anniversarju tal-OTTO Clubhouse.Nistednuwkom tkunu maghna nhar il-Gimgha 19 ta' Awwissu fid-9:00pm gewwa l-kazin. Aktar dettalji fuq l-attivita' tistaw tarawhom billi tghafsu fuq dan il-link: http://bandapeacenaxxar.com/viewArticle.aspx?aid=606&cat=2

Il-Ħames Sibt tal-Bambina - 10 snin Anniversarju tas-Sala Marija Bambina

Wasal Sibt iehor u dejjem qieghdin nibqaw noqorbu ghal Festa tant ghal qalbna ta' Ommna Marija Bambina. Illum 6 ta' Awwissu hija l-festa tas-Salvatur kif ukoll il-Hames Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina. F'dan is-Sibt nixtieq infakkarkom li din is-sena minnbarra l-anniverarju tal-25 sena surmast ta' Mro.Lino Pirotta li tkellimna fuqu s-Sibt li ghadda, ser jigi mfakkar ukoll l-10 sena anniverarju mill-ftuh tas-Sala Principali tas-Socjeta' taghna - Sala Marija Bambina. 

Ir-Raba' Sibt tal-Bambina - 25 sena Surmast Direttur tal-Banda Peace

Wasal Sibt iehor u aktar kemm qieghed jghaddi zmien aktar qieghda toqrob il-Festa wisq ghaziza ghalina n-Naxxarin. Propju din is-sena s-surmast direttur tal-Banda Peace Mro. Lino Pirotta qieghed jiccelbra l-25 sena anniversarju minn mindu beda jiderigi l-Banda Peace bhala surmast direttur. Mro. Lino Pirotta, beda l-istudji Muzikali tieghu fi hdan is-Socjeta' Muzikali Peace. Huwa beda jitharreg fuq il-klarinett ma' Charles Monreal u aktar tard ma' Victor Debattista. 

[301-305] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.