Aħbarijiet riċenti

[21-25] minn 498 artikli
<
>

𝐻𝓊𝑔-𝒶-𝒯𝓊𝓃𝑒 - 𝗠𝘂𝘀𝗶𝗰 𝗔𝗽𝗽𝗿𝗲𝗰𝗶𝗮𝘁𝗶𝗼𝗻 𝗖𝗹𝗮𝘀𝘀 - Applikazzjonijiet Miftuħa

Hug-a-Tune hija klassi tal-mużika mfassla apposta għat-tfal żgħar. Din l-inizjattiva toffri ambjent pożittiv u stimolanti fejn idejn żgħar, qlub kbar u moħħijiet kurjużi jingħaqdu flimkien biex jesploraw u japprezzaw il-maġija tal-mużika. Permezz ta’ attivitajiet interattivi u adattati għall-età, it-tfal jiġu introdotti għar-ritmu, il-ħsejjes u l-espressjoni mużikali b’mod divertenti u edukattiv.

Jintemm lis-Snooker Tournament (2025 - 2026) - Finali

Nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar intemm it-Tournament tas-Snooker tal-Peace Band Club, kompetizzjoni li kienet għaddejja matul l-aħħar xhur u li ġabret flimkien numru ta’ plejers f’żewġ diviżjonijiet differenti. It-tournament kien ikkaratterizzat minn livell għoli ta’ logħob u spirtu sportiv fost il-parteċipanti kollha.

𝐔𝐧𝐮𝐫 𝐦𝐢𝐤𝐬𝐮𝐛 𝐟𝐢𝐥-𝐊𝐨𝐦𝐩𝐞𝐭𝐢𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐍𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐚𝐥𝐢 𝐭𝐚𝐥-𝐏𝐫𝐞𝐬𝐞𝐩𝐣𝐢

Għadu kemm tħabbar uffiċjalment ir-riżultat tal-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji, fejn is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar ikklassifikat fit-tieni post fil-Kategorija Numru 9, bħala l-aktar post addattat, bl-esibizzjoni artistika Christus Natus Est. Din kienet l-ewwel darba li s-Soċjetà pparteċipat f’din il-kategorija.

Il-Milied it-Tajjeb u Sena Ġdida mimlija Paċi u Saħħa

Il-President Marlon Brincat u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, jawguraw Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq. 

 

 

PROĠETT IEĦOR IMWETTAQ - 𝓟𝓳𝓪𝔃𝔃𝓪 𝓥𝓲𝓽𝓽𝓸𝓻𝓳𝓪 𝓢𝓺𝓪𝓺 𝓝𝓻𝓾. 2.

Is-sena 2025 kienet sena ta’ impenn kontinwu fir-rigward tar-ristrutturar tas-sede tagħna, Palazzo Vittoria, in-Naxxar. Wieħed minn dawn il-proġetti kien ir-rinnovament u t-tisbiħ tal-faċċata li tagħti għal Pjazza Vittorja, Sqaq Nru. 2. Dan ix-xogħol sar bil-għan li jitħares u jitjieb il-valur storiku u arkitettoniku tal-binja, filwaqt li jingħata dehra aktar denja lill-qalba tal-Pjazza Naxxarija.

Kalendarju tas-sena 2026

Mill-llum kulħadd jista jakkwista kopja tal-kalendarju għas-sena 2026 mill-Każin. Dan il-kalendarju jinkludi kollezzjoni sabiħa ta’ ritratti li juru diversi avvenimenti organizzati mis-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, matul is-sena kollha, b’enfasi speċjali fuq il-Festa tant għażiża ta’ Marija Bambina.

[21-25] minn 498 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify