Aħbarijiet riċenti

[266-270] minn 463 artikli
<
>

Is-Sitt Sibt tal-Bambina

Illum 12 ta' Awwissu huwa s-sitt Sibt tal-Bambina fejn illum qieghdin nfakkru  l-100 sena anniversarju mit-twaqqif tas-sede taghna gewwa Palazzo Vittoria. VMB!

Il-Ħames Sibt tal-Bambina

Ninsabu biss xahar il-bogħod mill-aktar marċ brijjuż popolari għalina n-Naxxarin, il-marċ tat-tieni jum tat-tridu - 5 ta' Settembru. Illum qiegħdin ukoll niċċelebraw il-ħames Sibt tal-Bambina. Nixtiequ nħeġġu lil ħbieb, partitarji u membri ta' din is-Soċjeta' sabiex jinngħaqdu magħna fl-attivitajiet tal-Festa sabiex tkunu protoganisti tal-Marċ il-kbir li qiegħdin jorganizzaw il-Kummissjoni Żgħażagħ għal din is-sena. L-ispettaklu ma' jonqosx!!

Ir-Raba' Sibt tal-Bambina

Illum is-Sibt 29 ta' Lulju ninsabu propju fir-raba' Sibt tal-Festa tant għażiża tagħna n-Naxxarin, il-Festa ta' Marija Bambina. Ninsabu ftit anqas minn xahar il-bogħod sabiex il-Banda Peace għal sena oħra tkun il-protoganista tal-Festa billi tagħti bidu għal ġranet tal-Festa u takkumpanja l-Ħruġ tal-istatwa minn-niċċa b'daqq ta' innijiet Marjani.

It-Tielet Sibt tal-Bambina

Illum is-Sibt 22 ta' Lulju jaħbat it-Tielet Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina. Inħeġġukom tinngħaqdu maż-żgħażagħ u partitarji tagħna li b'determinazzjoni kbira qiegħdin jaħdmu lejl u nar sabiex ikollna Festa oħra mill-aqwa. 

It-Tieni Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Illum is-Sibt 15 ta' Lulju jaħbat propju t-Tieni Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' ommna Marija Bambina. Illum iddeċidejna li niħduwkom daqxejn fil-passat qarib fl-1954 meta ġie nnawgurat għal ewwel darba l-planċier maestuż tas-Soċjeta' li huwa l-ewwel u l-unika planċier ġewwa r-raħal tan-Naxxar.

L-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina - Nagħtu bidu għal Festa 2017

Nhar il-Gimgha 7 ta' Lulju fit-8:30pm instemaw l-ewwel noti tal-Festa ta' Marija Bambina. Illum 8 ta' Lulju, ninsabu propju fl-Ewwel Sibt tal-Festa, fejn għalkemm ħafna mill-preparamenti tal-Festa jkunu ilhom diġa jiġu ddiskussi u x-xogħol fuq il-Festa jkun ilu li beda ġmielu, minn issa sal-Festa bosta xogħol ta' armar u preparamenti jibdew isiru kemm fil-każin kif ukoll fit-toroq Naxxarin.

[266-270] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.