Attivitajiet li jmiss

Programm Mużikali ta' Lejliet il-Festa - 7 ta' Settembru

Nhar il-Ħadd, 7 ta' Settembru fid-9:30pm ser jiġi mtellgħa l-Programm Mużikali tal-Festa. Il-Banda Peace teżeġwixxi Programm fuq il-Planċier tas-Soċjeta' fil-Pjazza taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Lino Pirotta.

Festa Blue Gathering #3 - Festa Special - 8 ta' Settembru

Nhar it-Tnejn, 8 ta' Settembru minn 12:00pm 'il quddiem ser isir il-Blue Festa Special Gathering ġewwa OTTO Clubhouse bis-sehem ta' Ryan Spiteri. Aktar dettalji jittellgħu fuq is-sit aktar tard.

 

Il-Festa ta' Marija Bambina - 8 ta' Settembru

Nhar it-Tnejn 8 ta' Settembru fis-7:00pm, il-Banda Peace ser takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' Marija Bambina fil-purċissjoni bl-innijiet tant sbieħ u popolari man-Naxxarin. Xħin l-istatwa tasal fil-Pjazza, l-poplu huwa mħeġġeġ jieħu sehem fil-kant tal-innijiet waqt li l-Banda Peace ssellem lill-Bambina bl-Ave Maria tas-Surmast Ġużeppi Fenech minn fuq il-planċier. 

Attivita' tax-Xalata - 9 ta' Settembru

Nhar it-Tlieta, 9 ta' Settembru fit-8:00pm ser tittellgħa l-attivita tax-xalata ġewwa 'Il-Venju, Pembroke'. Bookings minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kumitat.

 

Dħul tal-vara fin-niċċa - 15 ta' Settembru

Nhar it-Tnejn, 15 ta' Settembru fil-5:30pm ser isir id-dħul tal-istatwa lura fin-niċċa. Hekk kif ftaħna din il-Festa, nispiċċawha permezz tal-quddiesa bżringrazzjament lil Ommna Marija Bambina.

 

 

...aktar Attivitajiet
Neriku Catering
Appliance Hub
ESS
Alberta
Tital International Ltd
CE Installations - Sponsorship
OTTO Clubhouse - Sponsorship

Kont taf li ...

Nhar 15 ta' Lulju 2025, jaħbat is-74 Sena mill-Konsagrazzjoni tal-Qalb ta’ Ġesù u dik ta’ Marija

Illum jaħbat is-74 sena minn meta Palazzo Vittoria – Naxxar, sede tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, ġie kkonsagrat lill-Qalb ta’ Ġesù u dik ta’ Marija. Dan seħħ fil-15 ta’ Lulju 1951, meta saru festi kbar tal-okkażjoni li kienu mmexxija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi.

Kont taf li l-1 ta’ Mejju hu Jum is-Soċjetà?

Fl-1 ta’ Mejju 1892, jum storiku li baqa’ mnaqqax fl-istorja tal-belt tagħna, iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali tan-Naxxar – il-Melita u l-Vittorja – ingħaqdu biex ifformaw banda waħda: il-Filarmonika La Pace. Din l-għaqda kienet il-bidu ta’ dak li llum hija l-Banda tagħna stess – il-Banda Peace – li nħobbu u niftaħru biha.

Minn kien Mons. Fr Richard Borg B.A., Lic.D.?

Minn kien Mons Fr Richard Borg B.A., Lic.D.? Twieled nhar is-7 ta’ Ottubru 1948 fin-Naxxar minn Saviour Borg u Marianne nee Camilleri. Studja fl-iskola Primarja tal-Gvern fin-Naxxar u ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fis-Seminarju tal-Arċisqof fil-Floriana. Wara kompla l-istudju terzjarju fl-Università ta’ Malta bejn l-1967 u l-1974 fejn fl-1970 kiseb il-grad ta’ Baċellerat , B.A.Gen., fil-Filosofija, fil-lingwa Ingliża u f’dik Taljana, u fl-1974 kiseb il-Liċenzjat. Lic.D., fl-istudji Teoloġiċi ....

Il-Banda La Pace 122 sena ilu daqqet fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria?

Int kont taf li l-Banda Peace (dak iż-żmien La Pace) madwar 122 sena ilu kienet ħadet sehem fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria?  

Kien nhar il-Ħadd, 20 ta’ Ġunju, 1897, meta il-Banda tagħna, li dak iż-żmien kienet tissejjaħ ‘La Pace’, daqqet fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria ma’ 32 banda oħra matul Strada Reale sa Pjazza Teżorerija, fil-Belt Valletta.

65 sena ilu, indaqq għall-ewwel darba l-Innu tas-Soċjeta'

Kont taf li 65 sena ilu... fl-1953, indaqq għall-ewwel darba l-Innu tas-Soċjetà “Il-Paċi”, kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Salvatore Schembri minn-Naxxar. Tkanta mal-Banda l-ewwel darba fl-1990 bil-versi ta’ Dun Anton Sciberras.

...Aqra' aktar artikli

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Settembru 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.