Aħbarijiet riċenti

[196-200] minn 463 artikli
<
>

Id-Diska l-ġdida 'Żagħżugħa Jien' issa tinsab fuq il-Midja Soċjali

Nhar il-Ħadd 25 ta' Awwissu sar il-launch tad-diska u l-filmat mużikali tad-diska l-ġdida 'Żgħażugħa Jien 'ġewwa Otto Clubhouse. Ħajr lill-bravissima kantanta Nicole Frendo, lil Jonathan Bondin tal-lirika u mużika, lil Gabriel Cassar tal-filmati u muntaġġ u lil Elton Zarb tal-Produzzjoni. Grazzi wkoll liż-żgħażagħ u partitarji li nngħaqdu flimkien magħna sabiex tajna bidu għal dan il-proġett.... 💙💙💙 🕊️

Programm tal-Festa 2019 | Feast Calendar 2019

Programm tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina 2019

Feast Calendar 2019

It-Tmien Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Nhar is-Sibt 24 ta' Awwissu huwa propju t-Tmien Sibt tal-Bambina, u ninsabu biss ftit jiem il-bogħod mill-Ħruġ minn-nicca tal-istatwa ta' Marija Bambina u għalhekk ma setax jonqos biex dan is-Sibt nidedikawħ lil ġawra tan-Naxxarin. 

 

Inħeġġu lin-Naxxarin kollha sabiex illum itellgħu l-bnadar u jixgħelu l-globi u tubi tagħhom sabiex flimkien niċċelebraw t-tmien Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina.

Flokkijiet tal-Festa 2019

Nixtiequ ninfurmaw liż-żgħażagħ u partitarji tas-Soċjeta' Mużikali tagħna li l-flokkijiet tal-Festa jinsabu għal bejgħ minn OTTO Clubhouse jew mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Għalhekk nixtiequ nħeġġu lill dawk kollha li huma nteressati sabiex ma jħallux għal aħħar.

Is-Seba' Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 17 t'Awwissu qiegħdin niċċelebraw is-Seba' Sibt tal-Festa għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. Illum ser infakkru l-passat ta' din is-Soċjeta'; il-fatti juru li s-Soċjeta' Mużikali Peace kienet l-ewwel f'Beltna. Soċjeta' li għaddiet minn ħafna esperjenzi u li matul is-snin bniet storja rikka u glorjuża. Mat-twaqqif tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar fil-1749, dejjem kien jissemma l-element ta’ mużiċisti li ħadu sehem fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Iżda l-ewwel li sibna li għandu x’jaqsam mal-Banda tagħna kien propju fis-sena 1861/62, fejn insibu li kien hemm ħlasijiet "per la banda Musicale". Dan insibuħ miktub minn l-Avukat Ignazio Micallef, li kiteb it-tifkiriet ta’ żmienu. Għaldaqstant id-data 1862 dejjem kienet mizmuma bħala d-data tat-twaqqif tal-Banda, kif ukoll jidher mill-arma u l-istandart antik li sar qrib l-aħħar tas-seklu dsatax.

Is-Sitt Sibt tal-Festa ta' Ommna Marija Bambina

Illum is-Sibt 10 t'Awwissu qiegħdin niċċelebraw is-sitt Sibt tal-Festa ferm għażiża tagħna ta' Ommna Marija Bambina. F'dan is-Sibt nixtiequ nfakkru l-100 sena anniversarju minn meta nkitbet il-kompożizzjoni mill-isbaħ tal-Innu ferm Popolari tal-Bambina 'Cantico alla Beata Vergine', magħruf aħjar magħna bħala 'O Tfajla Mmakulata'.

[196-200] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.